Briefing
Newsletter dwar is-sessjoni plenarja - Strasburgu 18-21 Mejju 2026
-
L-ewwel rebbieħa se jirċievu l-Ordni Ewropea tal-Mertu, li tirrikonoxxi kontributi sinifikanti għall-integrazzjoni, id-demokrazija u l-valuri Ewropej, nhar it-Tlieta fil-11.30.
-
It-Tlieta, il-MEPs se jistaqsu lill-ogħla diplomatiku tal-UE Kaja Kallas dwar l-approċċ tal-UE għall-kriżijiet fil-Lvant Nofsani.
-
It-Tlieta, il-plenarja mistennija tagħti l-approvazzjoni finali tagħha għar-regoli l-ġodda tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investimenti barranin biex jiġu evitati riskji għas-sigurtà.
-
L-Erbgħa, l-MEPs se jiddiskutu mal-Kummissjoni u mal-Kunsill kif jistgħu jittejbu l-kundizzjonijiet għan-negozji Ewropej u tiġi żgurata l-kompetittività tagħhom fix-xena globali.
-
It-Tlieta filgħodu, l-MEPs se jivvalutaw mar-rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni l-iżvilupp rapidu ta' mudelli avvanzati tal-IA u l-isfidi li joħolqu għas-sigurtà tal-UE.
-
L-Erbgħa, l-MEPs u l-Kummissjoni se jiddiskutu possibbiltajiet alternattivi ta' finanzjament għall-baġit fit-tul tal-UE, inkluż mil-logħob tal-azzard online.
-
L-Erbgħa, l-MEPs se jiddibattu leġiżlazzjoni ġdida tal-UE biex itejbu l-appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità, qabel votazzjoni finali nhar il-Ħamis.
-
Il-Ħamis, l-MEPs u l-Kummissjoni se jivvalutaw it-tħejjija tal-UE għal emerġenzi tas-saħħa, wara t-tifqigħa tal-hantavirus fuq il-MV Hondius .
-
Il-Ħamis, l-MEPS se jiddiskutu l-inizjattiva taċ-ċittadini li tirrikjedi li l-pubblikaturi tal-logħob tal-vidjo dejjem iħallu l-logħob tal-vidjo fi stat li jista' jintuża.
Kuntatti:
-
Andreas KLEINER
Press Officer / Editorial Coordinator (DE) -
Estefanía NARRILLOS
Press Officer / Editorial Coordinator (ES) -
Anna ZAMMIT VELLA
Press Officer in Malta