Dwarna

Diskors ta’ Merħba tal-President

SANT Chair
Adam Jarubas.jpg © European Parliament

Jiena onorat li erġajt ġejt elett President tas-Sottokumitat SANT u nserraħ fuq l-impenn tal-membri tagħna biex nindirizzaw flimkien lista twila ta' kwistjonijiet urġenti, biex nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna.

Jeħtieġ li nimmotivaw lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw il-pożizzjoni tagħhom biex inkunu nistgħu nikkompletaw il-ħidma fuq l-akbar riforma tas-suq tal-mediċini tal-UE f'aktar minn 20 sena, il-pakkett farmaċewtiku. Jeħtieġ li niffukaw fuq it-tnaqqis tar-riskji fl-UE fir-rigward tal-mediċini kritiċi. Se nimmonitorjaw il-Pjan tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer, suċċess kbir tal-leġiżlatura li għaddiet, u se nibnu strateġiji għall-mard kardjovaskulari, għall-mard relatat mad-dijabete u għall-mard newrodeġenerattiv. Neħtieġu Pjan ta' Azzjoni għas-Saħħa Mentali, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ fl-era diġitali. Jeħtieġ li nimmonitorjaw l-implimentazzjoni xierqa tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, filwaqt li nqisu li l-użu ta' algoritmi tal-IA fis-settur tas-saħħa jaf jirrikjedi regolamentazzjoni settorjali separata. Jeħtieġ li niżguraw ukoll fondi xierqa għal programmi tas-saħħa, bħal "UE għas-Saħħa" u "Orizzont Ewropa", fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss li se nadottaw f'din il-leġiżlatura.

Dawn l-azzjonijiet kollha għandu jibqa' jkollhom l-għan tal-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa kemm bejn fost il-pajjiżi tal-UE kif ukoll fi ħdanhom - is-saħħa taf tiddependi fuq il-kodiċi tan-DNA, iżda m'għandhiex tiddependi fuq il-kodiċi postali.

Nistednuk ġentilment issegwi l-ħidma tal-Kumitat tagħna bl-użu tad-diversi mezzi pprovduti fuq dan is-sit, inklużi d-dokumenti tal-laqgħat, il-video streaming dirett u l-arkivji multimedjali.

Bl-isbaħ xewqat,

Adam Jarubas

Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Brussels Brussels