Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi
Il-Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinkludi 37 monument Medjevali f'Veliky Novgorod, ir-Russja, u fl-inħawi. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Bejn is-sekli 9 u 15, Novgorod kienet waħda mill-iżjed bliet sinifikanti tar-Rus Medjevali. Kienet tinsab tul ir-rotta kummerċjali mill-Varangjani sal-Griegi u kienet iċ-ċentru tar-Repubblika ta' Novgorod, li kienet tinkludi l-biċċa l-kbira tal-Majjistral tar-Russja attwali. Mis-seklu 12, kienet eżempju ta' repubblika Medjevali, fejn id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu permezz ta' veche – laqgħa tal-popolazzjoni tal-belt – u l-prinċep kien jiġi elett. L-unika belt Russa oħra b'organizzazzjoni simili kienet Pskov. Novgorod kienet waħda mill-ftit żoni fir-Rus li ma ġietx affettwata mill-invażjoniiet tal-Mongoli, u għaldaqstant, b'mod partikolari, fis-seklu 14 f'Novgorod il-kostruzzjoni ekkleżjastika baqgħet attiva, filwaqt li fil-kumplament tar-Rus din staġnat. Novgorod kienet ukoll is-sede tal-arċisqof u ċentru kulturali importanti. L-iżjed manuskritti Russi bikrin magħrufa ġew prodotti f'Novgorod fis-seklu 11. L-arkitettura Russa b'binjiet bojod u l-pittura Russa oriġinaw minn Novgorod u minn Pskov. Wieħed mill-iżjed pitturi Medjevali Russi importanti, Teofanu l-Grieg, kien tassew attiv f'Novgorod.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-monumenti kollha li ġejjin jiffurmaw parti minn dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Bosta minnhom huma amministrati mill-Mużew ta' Novgorod. Il-komponenti huma:
- Iż-żoni mwittija u stabbiliti bejn is-sekli 9 u 17;
- Il-Kamra tal-Faċċati, li hija elenkata uffiċjalment bħala l-kumpless tal-Kremlin ta' Novgorod, 1433;
- Il-kumpless tal-Qorti ta' Yaroslav;
- Il-fortifikazzjonijiet u l-ħandaq ta' Okolny Gorod, is-sekli 14 sa 16;
- It-Torri ta' Alexios ta' Okolny Gorod, is-seklu 16;
- Il-Knisja ta' San Nikola fuq il-gżira ta' Lipno, 1292;
- Il-Knisja ta' Nereditsa, 1198;
- Il-fdalijiet tal-Knisja tal-Lunzjata f'Gorodishche, is-seklu 12;
- Il-kumpless ta' Peryn Skete;
- Il-kumpless tal-Monasteru ta' Antoniev;
- Il-Knisja ta' San Pietru u San Pawl f'Kozhevniki, 1406;
- Il-Knisja ta' San Pietru u San Pawl fi Slavna, 1367;
- Il-Knisja ta' Teodoru Stratelates fit-Triq Shirkova, is-seklu 13;
- Il-Monasteru ta' Yuriev;
- Il-Monasteru ta' Zverin;
- Il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f'Yamskaya Sloboda, is-seklu 14;
- Il-Knisja ta' San Blasju, 1407;
- Il-Knisja u l-Monasteru ta' San Nikola l-Abjad, 1312-1313;
- Il-Knisja tat-Tnax-il Appostlu, 1454-1455;
- Il-Knisja tal-Lunzjata fil-Lag ta' Myachino, 1179;
- Il-Knisja ta' San Ġwann fil-Lag ta' Myachino, 1422;
- Il-Knisja ta' San Tumas fil-Lag ta' Myachino, 1463-1464;
- Il-Knisja ta' San Pietru u San Pawl f'Sinichya Gora, 1185-1192;
- Il-Knisja tal-Lunzjata, 1553;
- Il-Knisja ta' San Filippu l-Appostlu u San Nikola, 1526;
- Il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni fit-Triq ta' Sant'Ilija, 1374;
- Il-Knisja ta' San Klement, 1520;
- Il-Knisja ta' Demetriju ta' Thessaloniki u t-torri tal-kampnar, 1462;
- Il-Knisja ta' Teodoru Stratelates, 1360-1361;
- Il-Knisja tan-Natività f'Krasnoye Pole, 1380;
- Il-Monasteru ta' Znamensky;
- Il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa tal-Monesteru tal-Ispirtu s-Santu, 1557;
- Il-Knisaj ta' San Boris u San Gleb f'Plotniki, 1536;
- Il-Knisja ta' San Ġwann l-Evanġelista f'Vitka, 1383-1384;
- Il-Knisja tan-Natività tal-Monasteru tat-Theotokos ta' Mikhaylitsky, 1379;
- Il-Knisja ta' San Mikiel, 1557;
- Il-Knisja ta' San Mikiel f'Torg, 1300.
-
A 12th-century fresco from the Antoniev Monastery
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Monuments of Novgorod and Surroundings". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.