Mistoqsijiet frekwenti - Kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek
X'jiġri mid-drittijiet li nkun akkwistajt f'pajjiż ieħor qabel ma tlaqt minn dak il-pajjiż?
Kull meta ċerti kundizzjonijiet ikunu jridu jiġu sodisfatti qabel ma tkun intitolat
għall-kopertura tas-saħħa, il-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni nazzjonali li jeżamina
t-talba tiegħek għandu jqis il-perjodi ta' assigurazzjoni, ir-residenza jew l-impjieg
li għamilt taħt il-leġiżlazzjoni ta' pajjiżi oħra. Dan jiżgura li ma titlifx il-kopertura
tal-kura tas-saħħa tiegħek meta tibdel l-impjiegi jew tmur tgħix f’pajjiż ieħor. Ngħidu
aħna, f'xi pajjiżi, ma tistax tkun intitolat għall-kura tas-saħħa wara li tkun ħallast
l-assigurazzjoni għal sitt xhur hemm. Ir-regoli tal-UE jiżguraw li tkun intitolat
għall-benefiċċji tal-mard mill-bidu tal-perjodu tal-assigurazzjoni hemm jekk kont
diġà kopert għal 6 xhur jew aktar f'pajjiż ieħor tal-UE.
Min iħaddimni bagħatni għal xi żmien biex naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE. Ingħatajt l-formoli A1 u S1 qabel ma tlaqt. Irreġistrajt permezz tal-formola S1 fil-pajjiż ospitanti tiegħi, fejn issa għandi kopertura sħiħa tal-kura tas-saħħa. Fejn nista’ napplika għall-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) - f’pajjiżi jew fil-pajjiż ospitanti?
Applika għall-EHIC tiegħek f’pajjiżek, fejn int assigurat u fejn ingħatajt il-formola
S1.
Bħala ħaddiem transfruntier (ngħix f’pajjiż, naħdem f’ieħor), nista’ jkolli aċċess għall-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn naħdem, għalkemm ma ngħixx hemm?
Bħala ħaddiem transfruntier int tista’ taċċessa l-kura tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi
fejn tgħix u fejn taħdem. F'ħafna każijiet, hu iktar prattiku għalik li tirċievi l-kura
tas-saħħa fil-pajjiż fejn taħdem u fejn tqatta' l-biċċa l-kbira ta' ħinek.
Bħala ħaddiem stazzjonat, stazzjonat temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE, liema pajjiż hu responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħi?
Meta int stazzjonat mill-impjegatur tiegħek, jew “tistazzjona” lilek innifsek bħala
ħaddiem self-employed, biex taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, tibqa’ kopert minn pajjiżek. Jekk qed tmur tgħix fil-pajjiż fejn tkun stazzjonat,
se tkun kopert fil-pajjiż fejn qed taħdem billi tuża l-formola S1.
Bħala ħaddiem transfruntier irtirat (tgħix f’pajjiż, taħdem f’ieħor), nista’ jkolli aċċess għall-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn kont naħdem?
IVA - f’xi każijiet. Tista’ tirċievi l-kura tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi anke wara li tirtira
jekk kemm il-pajjiż fejn kont taħdem kif ukoll il-pajjiż responsabbli għall-kopertura
tal-kura tas-saħħa tiegħek bħala pensjonant huma fost dawn: L-Awstrija, il-Belġju,
il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija,
il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Għal aktar informazzjoni, int għandek tikkuntattja lill-istituzzjoni nazzjonali tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Għal aktar informazzjoni, int għandek tikkuntattja lill-istituzzjoni nazzjonali tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Jien studenta. Għandi l-Karta għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC) maħruġa minn pajjiżi. Għandi bżonn ta' assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż ospitanti tal-UE tiegħi?
LE - L-istudenti li jsiefru jistudjaw temporanjament jistgħu jużaw l-EHIC maħruġa lilhom
minn pajjiżhom. Għalhekk, ma hemmx bżonn li jkollok assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż
fejn qed tistudja. Madankollu, trid assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed tistudja
jekk:
- issir resident b’mod permanenti fil-pajjiż fejn qed tistudja
- tibda taħdem fil-pajjiż fejn qed tistudja
Jien studenta. Għandi l-Karta għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC) maħruġa minn pajjiżi. X’tip ta’ kura medika nista’ nikseb fil-pajjiż tal-UE fejn qed nistudja?
L-EHIC tippermettilek tikseb kwalunkwe trattament mediku li teħtieġ meta tkun qed
tgħix għal xi żmien f’pajjiż ieħor tal-UE. Din tagħti lill-istudenti aċċess għal kwalunkwe
trattament mediku li jkun meħtieġ, skont in-natura tal-kura medika u t-tul ta’ żmien
mistenni barra mill-pajjiż. Huwa f’idejn il-fornitur tal-kura tas-saħħa biex jiddefinixxi
liema tipi ta’ trattament huma medikament “meħtieġa”.
Għandek tkun taf li tista’ tuża l-EHIC tiegħek biss għand il-fornituri pubbliċi tal-kura tas-saħħa, peress li ma tkoprix il-kura tas-saħħa pprovduta privatament.
Għandek tkun taf li tista’ tuża l-EHIC tiegħek biss għand il-fornituri pubbliċi tal-kura tas-saħħa, peress li ma tkoprix il-kura tas-saħħa pprovduta privatament.
Jien pensjonant li qed ngħix f’pajjiż ieħor tal-UE. Liema pajjiż hu responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħi?
Il-pajjiż li hu responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħek huwa l-pajjiż li jħallas
il-pensjoni tiegħek. Jekk tirċievi pensjoni minn iktar minn pajjiż wieħed u wieħed
minnhom hu l-pajjiż fejn tgħix, il-pajjiż tar-residenza tiegħek se jkun responsabbli
għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek u tal-membri ta' familtek.
Jekk ma tirċevix pensjoni jew kwalunkwe dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, int u familtek għandkom tirċievu trattament mediku hemmhekk jekk tkun intitolat għal trattament mediku fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Għandek titlob formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E106) mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek u tirreġistraha fil-pajjiż fejn tgħix.
Jekk ma tirċevix pensjoni jew kwalunkwe dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, int u familtek għandkom tirċievu trattament mediku hemmhekk jekk tkun intitolat għal trattament mediku fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Għandek titlob formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E106) mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek u tirreġistraha fil-pajjiż fejn tgħix.
Jien pensjonant li se nirtira f’pajjiż ieħor tal-UE. Kif nista’ nikseb aċċess għall-kura tas-saħħa barra minn pajjiżi?
Bħala pensjonant li se tmur toqgħod f’pajjiż ieħor tal-UE, għandek aċċess sħiħ għall-kura
tas-saħħa fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza, bl-istess termini bħaċ-ċittadini ta' dak
il-pajjiż. Għandek titlob formola S1 (mill-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa)
fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Imbagħad għandek tirreġistra billi tuża
din il-formola għand il-korp tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza
tiegħek.
Jiena pensjonant li se nirtira barra minn pajjiżi. Ingħatajt il-formola S1 - iżda fil-pajjiż il-ġdid tiegħi ta’ residenza ma nistax nikseb l-istess servizzi tal-kura tas-saħħa li jien imdorri bihom f’pajjiżi. Hekk suppost?
Tirċievi kura daqslikieku int assigurat fil-pajjiż ta’ residenza l-ġdid tiegħek, bl-istess
kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ hemmhekk. Iżda dan ma jfissirx neċessarjament li
se jkollok eżattament aċċess għal l-istess servizzi bħal f’pajjiżek. Is-servizzi tal-kura
tas-saħħa jvarjaw b’mod sinifikattiv fl-UE kollha, peress li kull pajjiż jiddeċiedi
s-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa. Kun żgur li tikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti qabel ma tmur tgħix barra biex titlob għal informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi
tiegħek fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza.
Jien pensjonant u ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE, fejn għandi aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa (ingħatajt formola S1). Xorta nista’ mmur lura f’pajjiżi għal trattament mediku li mhuwiex disponibbli fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza?
Dan jiddependi f’liema pajjiż int assigurat (dan spiss jista’ jkun il-pajjiż fejn
qed tħallas il-pensjoni tiegħek). Fil-prinċipju, ma tistax tmur lura f’pajjiżek għat-trattament
tas-saħħa li kellek l-aċċess għalih qabel mort tgħix f’pajjiż ieħor b’mod permanenti.
Madankollu, xi pajjiżi tal-UE joffru kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-pensjonanti
li jkunu telqu mill-pajjiż.
Jekk il-pajjiż fejn int se tibqa’ soġġett għalih huwa wieħed minn dawn li ġejjin, int intitolat li tirritorna hemmhekk għal trattament bl-istess kundizzjonijiet: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Jekk tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra jew fil-pajjiż li int assigurat, tista’ tuża l-EHIC tiegħek biex tirċievi kwalunkwe trattament mediku li hu medikament meħtieġ matul iż-żjara tiegħek hemmhekk.
Jekk il-pajjiż fejn int se tibqa’ soġġett għalih huwa wieħed minn dawn li ġejjin, int intitolat li tirritorna hemmhekk għal trattament bl-istess kundizzjonijiet: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Jekk tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra jew fil-pajjiż li int assigurat, tista’ tuża l-EHIC tiegħek biex tirċievi kwalunkwe trattament mediku li hu medikament meħtieġ matul iż-żjara tiegħek hemmhekk.
L-aħħar verifika: 09/07/2024