Mistoqsijiet frekwenti - Żwieġ

Tista’ titlob li ż-żwieġ tiegħek jiġi rikonoxxut u reġistrat fil-pajjiż tal-oriġini tal-UE tiegħek. Madankollu, kun af li f’xi każijiet ir-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni taż-żwieġ tiegħek f’pajjiżek fl-UE jaf ikunu obbligatorji.

Fil-każ ta’ żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, ir-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni taż-żwieġ tiegħek konkluż f’pajjiż ieħor tal-UE bħalissa hu possibbli biss jekk il-pajjiż tal-oriġini tal-UE tiegħek hu wieħed minn dawn li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja. Ir-rikonoxximent u reġistrazzjoni ta’ żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess hu possibbli wkoll fl-Iżlanda, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.

LE — Huma l-awtoritajiet Taljani li jiddeċiedu jekk tistgħux tiżżewġu hemmhekk. Ġieli dan jippermettuh biss jekk ikollkom xi tip ta’ rabta mal-Italja — pereżempju mill-inqas wieħed minnkom kien jgħix hemmhekk jew għandu ċittadinanza Taljana.

Ladarba tmorru lura fis-Slovakkja, ikollkom tiksbu r-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni taż-żwieġ tagħkom hemmhekk abbażi taċ-ċertifikat taż-żwieġ Taljan tagħkom. B’hekk tkun tistgħu tiksbu l-aġġornament tal-istat ċivili tagħkom fir-reġistru Slovakk.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 06/05/2025
Ikkondividi din il-paġna