Proprjetà intellettwali
Kif tipproteġi n-negozju tiegħek
Jekk in-negozju tiegħek għandu proprjetà intellettwali, trid tkun taf kif timmaniġġjaha
u tipproteġiha, biex tissalvagwardja l-innovazzjonijiet, id-disinji jew l-ideat kreattivi
tiegħek. Aqra dwar il-benefiċċji tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tiegħek, it-tipi ta’ protezzjoni disponibbli u tgħallem dwar il-proċedura/i rilevanti
li għandek issegwi biex tagħmel dan.
M’initx ċert minn fejn se tibda?
Japplikaw regoli differenti skont it-tip ta’ PI inkwistjoni, u dawn ir-regoli jiddeterminaw
il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tal-protezzjoni.
Il-privattivi jiżguraw li persuni oħra ma jkunux jistgħu jagħmlu, jużaw jew ibigħu l-prodott bi
privattiva tiegħek, sakemm ma tagħtihomx permess. Il-marki kummerċjali jipproteġu l-identità tad-ditta; skopri kif tirreġistra tiegħek u r-regoli tal-UE
li japplikaw. Għal xogħol letterarju, xjentifiku u artistiku oriġinali, id-drittijiet tal-awtur jippermettulek tikkontrolla d-drittijiet ta’ riproduzzjoni u distribuzzjoni. Is-sigrieti kummerċjali joffru protezzjoni vitali għal informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, filwaqt li
l-protezzjoni tad-disinn tkopri speċifikament l-aspetti viżivi ta’ prodott. Il-proprjetà intellettwali tkopri
wkoll għodod diġitali bħal dominji tas-siti web, u protezzjoni tal-bażijiet tad-data. Jekk il-prodott tiegħek għandu oriġini ġeografika speċifika, jista’ jiġi protett
b’Indikazzjoni ġeografika.
Jekk tixtieq tikkummerċjalizza l-proprjetà intellettwali tiegħek, aqra l-gwida tagħna
dwar il-liċenzjar u l-bejgħ tal-proprjetà intellettwali. Iċċekkja kif tikklejmja d-drittijiet tiegħek jekk iseħħ ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali.