IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.1.2023
COM(2023) 35 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Reviżjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi
Patt ġdid għall-pollinaturi
{SWD(2023) 18 final}
1.Introduzzjoni
It-tnaqqis fil-pollinaturi selvaġġi u l-konsegwenzi ta’ dan fuq is-sigurtà tal-ikel, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq il-funzjonament tal-ekosistema jqajmu tħassib qawwi fis-soċjetà kollha. Dan wassal ukoll għal sejħiet, b’mod partikolari mix-xjenzati u mis-soċjetà ċivili, għal azzjoni deċiżiva sabiex jiġu indirizzati l-kawżi wara t-tnaqqis. Eżempju wieħed riċenti huwa l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa”, li tagħmel sejħa għal tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar favorevoli għan-naħal, u ġiet ippreżentata b’suċċess lill-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2022 wara li ġabret aktar minn miljun dikjarazzjoni ta’ appoġġ miċ-ċittadini tal-UE.
Madwar erba’ minn kull ħames speċijiet ta’ pjanti tal-għelejjel u tal-fjuri selvaġġi fl-Ewropa jiddependu, mill-anqas sa ċertu punt, fuq il-pollinazzjoni tal-annimali li ssir minn eluf ta’ speċijiet ta’ insetti. Dan is-servizz iġib benefiċċji tanġibbli għall-ekonomija: il-kontribuzzjoni tiegħu għall-output agrikolu tal-UE huwa stmat li jlaħħaq mill-anqas EUR 5 biljun fis-sena. Il-biċċa l-kbira tal-benefiċċji essenzjali li l-pollinaturi jipprovdu jibqgħu mhux kwantifikati, bħall-kontribut tagħhom għas-sigurtà u s-saħħa tan-nutrizzjoni, jew għaż-żamma tas-saħħa u r-reżiljenza tal-ekosistema permezz tal-pollinazzjoni tal-pjanti selvaġġi.
Madankollu, l-Ewropa u d-dinja qegħdin jiffaċċjaw telf drammatiku ta’ pollinaturi selvaġġi. Skont il-Lista Ħamra Ewropea, il-popolazzjoni ta’ madwar waħda minn kull tliet speċijiet ta’ naħal, friefet u Syrphidae qiegħda tonqos. Barra minn hekk, waħda minn kull għaxar speċijiet ta’ naħal u friefet, u waħda minn kull tliet speċijiet ta’ Syrphidae huma mhedda bl-estinzjoni. Filwaqt li dawn iċ-ċifri diġà huma allarmanti, l-istampa sħiħa għadha ma hijiex magħrufa. Fehim akbar tal-istat tal-pollinaturi jista’ jiżvela sitwazzjoni saħansitra aktar ta’ tħassib.
It-tnaqqis fil-pollinaturi joħloq theddida kemm għall-benesseri tal-bniedem kif ukoll għan-natura. It-telf tal-pollinaturi jimmina l-produttività agrikola fit-tul, u jkompli jaggrava xejra influwenzata minn fatturi oħrajn, b’mod partikolari s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali bil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Saru sforzi globali sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-bijodiversità fil-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika f’Diċembru 2022. Dawn l-isforzi globali jridu jkunu akkumpanjati minn miżuri ambizzjużi għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità fil-livell tal-UE, li l-pollinaturi huma parti integrali minnha.
Fl-2018, il-Kummissjoni adottat l-ewwel qafas tal-UE li qatt sar sabiex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi - l-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi. Din l-inizjattiva stabbiliet objettivi fuq żmien twil għall-2030 u sett komprensiv ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju. Ġiet appoġġata bil-qawwa fost il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati, u kisbet interess pubbliku għoli. L-objettivi tal-inizjattiva ingħataw spinta kbira mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.
L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 stabbiliet l-ambizzjoni ġenerali li sal-2030 it-tnaqqis fin-numri u fid-diversità tal-pollinaturi jitreġġa’ lura bħala parti minn serje ta’ impenji u miri għar-restawr tan-natura fl-UE. L-istrateġija stabbiliet ukoll il-Pjattaforma tal-UE dwar il-Bijodiversità li taħtha ġie stabbilit grupp ta’ ħidma għall-pollinaturi bħala l-pjattaforma ewlenija ta’ governanza għall-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Inizjattivi oħrajn taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħall-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero, l-Istrateġija għall-Foresti, l-Istrateġija dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, jgħinu sabiex jiġi indirizzat it-theddid għall-pollinaturi.
Din il-Komunikazzjoni tippreżenta qafas ta’ azzjoni rivedut għall-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi, li jibni fuq konsultazzjonijiet komprensivi mal-partijiet ikkonċernati u feedback istituzzjonali mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kumitat tar-Reġjuni, u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Tistabbilixxi azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-UE u mill-Istati Membri tagħha sabiex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030.
Ir-reviżjoni ssegwi r-rieżami tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, li l-Kummissjoni wettqet fl-2021. Ir-rieżami wera li, filwaqt li din tibqa’ għodda politika valida, għad iridu jingħelbu sfidi sinifikanti sabiex jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi. B’mod partikolari, għandha tittieħed azzjoni ulterjuri sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-fatturi ewlenin tat-tnaqqis, sostnuti minn mekkaniżmi robusti ta’ monitoraġġ u governanza. Ir-rieżami għamel sejħa sabiex l-Inizjattiva tiġi riveduta sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha fuq żmien twil.
Ir-reviżjoni timxi wkoll fuq ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-azzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Dan ir-rapport identifika lakuni fil-politiki ewlenin tal-UE li jindirizzaw it-theddidiet ewlenin għall-pollinaturi selvaġġi, u rrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiżdiedu miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati t-theddidiet li bħalissa ma humiex ikkunsidrati fl-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Huwa indika wkoll il-ħtieġa li jiġu integrati aħjar l-azzjonijiet sabiex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi fil-politiki tal-UE dwar il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-agrikoltura u sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi mill-pestiċidi.
F’Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, li għandha l-għan li tinkludi fil-liġi l-ambizzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità: din tinkludi mira legalment vinkolanti għall-Istati Membri tal-UE sabiex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi sal-2030, u sabiex ikomplu jżidu x-xejriet wara dan. Il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura u din l-Inizjattiva riveduta dwar il-pollinaturi jimxu id f’id: il-proposta leġiżlattiva tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jiddeċiedu, fil-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Restawr tagħhom, l-aktar miżuri effettivi sabiex tintlaħaq il-mira. L-azzjonijiet f’din l-Inizjattiva riveduta, li jinkludu firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE, għandhom l-għan li jappoġġaw u jikkumplimentaw il-miżuri nazzjonali ta’ restawr meħtieġa skont il-Liġi proposta dwar ir-Restawr tan-Natura.
2.Azzjoni tal-UE sabiex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi riveduta tistabbilixxi objettivi għall-2030 u azzjonijiet relatati taħt tliet prijoritajiet:
I: It-titjib tal-għarfien dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu
II: It-titjib tal-konservazzjoni tal-pollinaturi u l-indirizzar tal-kawżi tat-tnaqqis tagħhom
III: Il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà u l-promozzjoni tal-ippjanar u l-kooperazzjoni strateġiċi fil-livelli kollha
Il-kapitoli li ġejjin jiżviluppaw dawn il-prijoritajiet u l-azzjonijiet relatati. It-tabella fl-anness telenka l-azzjonijiet kollha.
2.1.PRIJORITÀ I: It-titjib tal-għarfien dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu
L-azzjoni sabiex tgħin lill-pollinaturi trid tkun sostnuta minn xjenza robusta. Mill-2018, sar progress kbir fil-ġbir ta’ għarfien azzjonabbli għall-konservazzjoni tal-pollinaturi, iżda għad hemm lakuni sinifikanti fl-għarfien. Huma meħtieġa aktar sforzi sabiex tiġi stabbilita sistema robusta ta’ monitoraġġ madwar l-UE għall-pollinaturi, sabiex jitwettqu valutazzjonijiet kritiċi u analiżijiet spazjali, u sabiex jiġu promossi attivitajiet immirati ta’ riċerka u innovazzjoni.
Stabbiliment ta’ sistema komprensiva ta’ monitoraġġ
Sabiex jiġu implimentati miżuri effettivi ta’ konservazzjoni u ta’ restawr għall-popolazzjonijiet ta’ pollinaturi, huwa meħtieġ li jiġu mmappjati d-distribuzzjoni, l-istat u x-xejriet tagħhom f’dettall spazjali u temporali akkurat b’mod adegwat. Dan jeħtieġ skema ta’ monitoraġġ robusta madwar l-UE kollha li tipprovdi informazzjoni regolari u frekwenti fuq perjodu ta’ żmien twil. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qegħdin jaħdmu fuq metodoloġija ta’ monitoraġġ, li tibni fuq opzjonijiet tekniċi għal Skema ta’ Monitoraġġ tal-Pollinaturi tal-UE (EU-PoMs). Sabiex jitkejlu b’mod rigoruż ix-xejriet fl-abbundanza u fid-diversità tal-pollinaturi u sabiex jiġi vvalutat b’mod affidabbli l-progress lejn it-treġġigħ lura tat-tnaqqis tagħhom, il-monitoraġġ se jkollu jitwettaq f’numru ta’ siti suffiċjenti. Skont il-Liġi proposta dwar ir-Restawr tan-Natura, l-Istati Membri se jkunu obbligati jwettqu l-monitoraġġ tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi kull sena, skont metodoloġija standardizzata.
Barra minn hekk, it-theddid ewlieni għat-tnaqqis tal-pollinaturi għandu jiġi mmonitorjat ukoll. L-inizjattiva għall-Monitoraġġ Ewropew tal-Bijodiversità f’Pajsaġġi Agrikoli (EMBAL), li tiġbor informazzjoni dwar il-ħabitat tal-pollinaturi fil-pajsaġġi agrikoli, u l-proġett Insignia, li għandu l-għan li jimmonitorja l-pestiċidi u sustanzi oħrajn li jniġġsu billi juża n-naħal tal-għasel bħala bijoindikatur, joffru modi effiċjenti sabiex jimtlew il-lakuni fl-informazzjoni dwar l-istat tal-ħabitats tal-pollinaturi u t-tniġġis ambjentali. Dawn il-proċessi jeħtieġu implimentazzjoni sistematika fit-tul. L-istabbiliment ta’ qafas integrat għall-monitoraġġ tat-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu, skont il-mudell ta’ intervent DPSIR (fatturi, pressjonijiet, stat, impatt u rispons), jippermetti t-traċċar tal-outputs u tal-eżiti tal-azzjonijiet ta’ politika rilevanti.
Appoġġ tar-riċerka u l-valutazzjoni
L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni se jkomplu jkunu meħtieġa sabiex jiġġeneraw għarfien azzjonabbli bbażat fuq data u informazzjoni miġbura sistematikament, appoġġati mill-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa – kif ukoll minn sforzi nazzjonali ta’ riċerka. Jeħtieġ li nifhmu aħjar id-diversità tassonomika u funzjonali tal-komunitajiet ta’ pollinaturi u d-distribuzzjoni tagħhom, kif ukoll it-theddid għall-pollinaturi u għall-interazzjonijiet tagħhom. Dan tal-aħħar japplika b’mod partikolari għal theddid anqas mifhum għall-pollinaturi (ara l-Prijorità II).
Se jkun meħtieġ ukoll li jiġu żviluppati aktar għodod ta’ valutazzjoni, bħall-valutazzjoni tal-Lista Ħamra u l-immappjar madwar l-UE ta’ żoni ewlenin ta’ pollinaturi, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri mmirati ta’ konservazzjoni u restawr.
Il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità u l-kondiviżjoni tal-għarfien
Il-monitoraġġ u r-riċerka huma intensivi fir-riżorsi, u r-riżorsi finanzjarji u umani se jkollhom jintużaw b’mod kosteffettiv. L-iżvilupp strateġiku tal-infrastruttura tar-riċerka, tal-għodod ta’ monitoraġġ u tal-għarfien espert jista’ jgħin f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, se jkun importanti li tiżdied il-kapaċità kemm tax-xjenza professjonali kif ukoll tax-xjenza taċ-ċittadini sabiex isir xogħol tassonomiku, billi jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ xogħol, edukazzjoni u taħriġ.
L-għodod online eżistenti, bħaċ-Ċentru tal-UE għall-Informazzjoni dwar il-Pollinaturi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar il-Bijodiversità (BISE), għandhom jintużaw bis-sħiħ sabiex jiġu kondiviżi r-riżultati tal-monitoraġġ u l-għarfien iġġenerat permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ l-involviment kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, b’appoġġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Il-kondiviżjoni tal-għarfien, flimkien mal-aċċess miftuħ għad-data, se jżidu l-effiċjenza tal-investimenti pubbliċi u jiżguraw it-trasparenza tal-proċessi tal-politika tax-xjenza u tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.2.PRIJORITÀ II: It-titjib tal-konservazzjoni tal-pollinaturi u l-indirizzar tal-kawżi tat-tnaqqis tagħhom
It-theddid ewlieni għall-pollinaturi selvaġġi jinkludi t-tibdil fl-użu tal-art (inkluż l-urbanizzazzjoni), prattiki intensivi ta’ ġestjoni agrikola (inkluż l-użu tal-pestiċidi), it-tniġġis ambjentali (inkluż it-tniġġis tad-dawl), speċijiet aljeni invażivi u t-tibdil fil-klima. Jistgħu jitfaċċjaw theddidiet oħrajn, li jpoġġu pressjoni żejda fuq il-pollinaturi. Xi theddidiet, bħall-agrikoltura intensiva u l-użu tal-pestiċidi, huma mifhuma aħjar minn oħrajn. Il-miżuri xierqa sabiex itaffu l-impatti tagħhom huma magħrufa sew. Hemm bżonn żieda rapida urġenti fl-użu ta’ dawn il-miżuri.
Għal theddid ieħor bħat-tniġġis minn sustanzi kimiċi, sustanzi li jniġġsu l-arja, u metalli tqal, l-għarfien ma huwiex biżżejjed sabiex jiġu stmati l-firxa u d-distribuzzjoni tal-impatti tagħhom fuq il-pollinaturi, jew sabiex titfassal strateġija ta’ intervent xierqa. Hawnhekk, huma meħtieġa aktar attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ riċerka u innovazzjoni sabiex jippermettu rispons ibbażat fuq ix-xjenza għat-tnaqqis tal-pollinaturi.
It-titjib tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi u l-ħabitats tagħhom
Il-popolazzjonijiet tal-pollinaturi huma soġġetti għal pressjonijiet f’pajsaġġi differenti u użi differenti tal-art, li jinteraġixxu ma’ xulxin, u jkomplu jamplifikaw l-impatti dannużi. Għalhekk, l-azzjonijiet sabiex jittaffew dawk l-impatti ma għandhomx jittieħdu waħedhom iżda jeħtieġ li jiġu kkoordinati bejn is-setturi u jiġu ppjanati tajjeb sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-kosteffettività.
Iż-żoni protetti u l-ġestjoni xierqa tal-art jipprovdu s-sinsla għall-konservazzjoni tad-diversità rikka tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi. Abbażi ta’ dan, għandhom jintużaw attivitajiet ta’ restawr ippjanati b’mod strateġiku sabiex jiġu żgurati żoni adegwati ta’ ħabitats ta’ pollinaturi konnessi sew u ta’ kwalità għolja. Il-pjanijiet ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet huma għodda ewlenija sabiex jiġi kkoordinat approċċ strateġiku bħal dan, b’mod partikolari għall-ispeċijiet l-aktar mhedda. Dawn jipprovdu informazzjoni dwar l-istatus, l-ekoloġija, it-theddid u l-miżuri ta’ konservazzjoni attwali għal kull speċi u jelenkaw l-azzjonijiet ewlenin li huma meħtieġa sabiex jittejjeb l-istat ta’ konservazzjoni tagħhom fil-firxa tagħhom fl-UE. Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tiżviluppa tliet pjanijiet ta’ konservazzjoni għal ċerti gruppi ta’ speċijiet mhedda ta’ pollinaturi. Żewġ pjanijiet se jkopru l-pajsaġġi agrikoli u tal-foresti madwar l-UE, u t-tielet se jkopri żona ġeografika speċifika, il-Gżejjer Kanarji. Ladarba jiġu ffinalizzati, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni wiesgħa tagħhom għandhom jiġu żgurati permezz ta’ appoġġ minn diversi sorsi ta’ finanzjament, inkluż il-Programm LIFE.
Il-konservazzjoni tal-pollinaturi għandha tiġi integrata sew fil-ġestjoni ta’ żoni protetti, b’mod partikolari n-network Natura 2000. Ħafna tipi ta’ ħabitats protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats huma essenzjali għall-pollinaturi. L-inklużjoni tal-pollinaturi bħala speċijiet tipiċi fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn il-ħabitats tgħin sabiex tiġi ssimplifikata l-konservazzjoni tal-pollinaturi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000.
It-tnedija tal-monitoraġġ tal-pollinaturi se tgħin sabiex jiġu mmappjati aħjar speċijiet rari u mhedda ta’ pollinaturi. Din l-informazzjoni għandha tintuża sabiex jiġu rfinati l-isforzi ta’ konservazzjoni u ta’ restawr, u sabiex jiġu indikati żoni protetti ġodda, fil-kuntest tal-mira tal-UE li sal-2030 jintlaħqu 30 % ta’ żoni protetti skont l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030.
L-użu tal-art u l-bidliet fl-użu tal-art, bħall-intensifikazzjoni fl-agrikoltura u fil-forestrija, l-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-pollinaturi billi jnaqqsu d-disponibbiltà tal-ħabitats tal-pollinaturi u jżidu l-frammentazzjoni tal-ħabitats. Huwa meħtieġ approċċ integrat fil-pajsaġġi naturali u kulturali kollha sabiex tiġi miġġielda l-frammentazzjoni tal-ħabitats. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ network ippjanat b’mod strateġiku ta’ meded ta’ ħabitats li flimkien jifformaw infrastruttura konnessa mal-pajsaġġ kollu, u li jaqsmu r-reġjuni bijoġeografiċi u amministrattivi. Tali kurituri ekoloġiċi għall-pollinaturi – li nipproponu li nsejħulhom “Buzz Lines” – jippermettu lill-ispeċijiet jiċċaqilqu fit-tfittxija għall-ikel, għall-kenn, u għal siti għall-bejtiet u għat-tnissil. Barra minn hekk, dawn il-kurituri jaġixxu bħala rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet affettwati mit-tibdil fil-klima, u b’hekk jappoġġaw l-isforzi ta’ adattament. Il-proċessi tal-ippjanar spazjali fil-livelli kollha ta’ governanza huma ta’ importanza kritika għall-implimentazzjoni b’suċċess tan-network Buzz Lines.
L-azzjonijiet għall-pollinaturi madwar il-pajsaġġi għandhom jiġu appoġġati ulterjorment ukoll permezz ta’ fondi tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-programm LIFE. L-Istati Membri wkoll għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw b’mod qawwi l-kooperazzjoni transfruntiera f’dan ir-rigward.
Ir-restawr tal-ħabitats tal-pollinaturi fil-pajsaġġi agrikoli
Il-pressjonijiet magħrufa jinkludu ċerti prattiki ta’ ġestjoni agrikola bħall-monokultura, l-użu kbir ta’ pestiċidi u l-ħdim intensiv tar-raba’, ir-ragħa jew il-ħsad imwettaq b’mod intensiv, u, fejn isseħħ, il-fertilizzazzjoni żejda tal-mergħat, li jwasslu għat-tnaqqis tal-pollinaturi fil-pajsaġġi agrikoli. L-użu akbar ta’ tekniki agronomiċi favur il-pollinaturi, b’mod partikolari l-agroekoloġija, huwa kruċjali sabiex din ix-xejra titreġġa’ lura.
Il-PAK hija wieħed mill-istrumenti ewlenin li jappoġġaw tranżizzjoni bħal din, permezz ta’ miżuri bħall-biedja organika, iż-żamma u l-iżvilupp ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ, l-agroforestrija, it-tnaqqis fl-użu ta’ sustanzi kimiċi, u l-protezzjoni ta’ pjanti li ma jagħmlux ħsara lill-pollinaturi fil-mergħat u fil-biċċiet ta’ art ta’ lqugħ. Mill-2023 sal-2027, il-PAK se tkun regolata minn arkitettura ekoloġika ġdida b’rekwiżiti ta’ bażi msaħħa u ekoskemi ġodda skont il-Pilastru I tagħha, flimkien ma’ miżuri skont il-Pilastru II, bħall-impenji ta’ ġestjoni agroambjentali u klimatiċi. L-interventi ta’ benefiċċju għall-pollinaturi fil-pajsaġġi agrikoli għandhom jiġu ppjanati b’mod strateġiku u kkoordinat, abbażi tal-ħtiġijiet identifikati fil-livell lokali. Il-pajsaġġi favur il-pollinaturi huma bijodiversi, rikki fil-karatteristiċi tal-pajsaġġ u joffru kwantità adegwata ta’ ħabitats ta’ kwalità għolja u konnessi sew.
Fi ħdan il-PAK, l-Istati Membri jistgħu jfasslu interventi strateġiċi li jikkontribwixxu għall-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali speċifiċi. Pereżempju, skemi ta’ pagament ibbażati fuq ir-riżultati jistgħu jagħmlu l-approċċ aktar effettiv u joffru aktar flessibbiltà u inċentivi lill-bdiewa sabiex jimplimentaw prattiki li jirrispettaw l-ambjent. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jtaffu l-pressjonijiet fil-livell tal-pajsaġġ permezz ta’ skemi kollettivi, li jinċentivaw il-kollaborazzjoni bejn il-bdiewa fl-implimentazzjoni kollettiva tal-impenji agroambjentali u klimatiċi.
Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK żviluppati mill-Istati Membri jinkludu varjetà ta’ azzjonijiet b’potenzjal għoli għall-protezzjoni tal-pollinaturi. Pereżempju, diversi Pjanijiet għandhom l-għan li joħolqu żoni ta’ alimentazzjoni għall-pollinaturi selvaġġi, bħal biċċiet ta’ art bil-fjuri, kultivazzjoni annwali ta’ pjanti li jipproduċu l-għasel, jew karatteristiċi xierqa oħrajn tal-pajsaġġ. Impenji oħrajn jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ żoni mhux produttivi fuq raba’ li jinħadem sabiex jittejjeb, fost l-oħrajn, l-istatus tal-pollinaturi u tiżdied il-provvista tal-ikel għall-insetti pollinaturi. Il-Pjanijiet jista’ jkollhom ukoll l-għan li jissostitwixxu l-prodotti kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti b’metodi bijoloġiċi għall-kontroll tal-pesti, li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-protezzjoni tal-pollinaturi.
Ir-riskji minħabba l-agrokimiċi (b’mod partikolari l-pestiċidi u t-tagħbijiet għoljin ta’ nutrijenti) iridu jiġu mmitigati sew ukoll. Dan jeħtieġ sforzi u kooperazzjoni komuni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-bdiewa. Il-konsulenti tal-azjendi agrikoli li huma mħarrġa sew fil-konservazzjoni tal-bijodiversità u tal-pollinaturi, kif ukoll l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u ta’ komunikazzjoni, huma elementi ewlenin sabiex jiffaċilitaw l-użu aħjar tal-miżuri mmirati. Ladarba jkunu disponibbli, għandhom jintużaw indikaturi robusti bbażati fuq il-metodoloġija ta’ monitoraġġ tal-pollinaturi madwar l-UE kollha (ara l-Prijorità I) sabiex jiġi evalwat l-impatt tal-interventi. Skont il-PAK, fost sorsi oħrajn ta’ finanzjament, tista’ tintuża l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri sabiex tappoġġa l-użu tal-iskema ta’ monitoraġġ tal-pollinaturi (EU-PoMs).
Il-mitigazzjoni tal-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq il-pollinaturi
Il-pestiċidi jibqgħu fattur ewlieni fit-tnaqqis tal-pollinaturi, u l-impatt tagħhom irid jittaffa minn politiki u prattiki mmirati. Fl-Istrateġija tal-UE mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tnaqqas ir-riskju u l-użu tal-pestiċidi kif ukoll l-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi b’50 % sal-2030. Dawn il-miri huma maħsuba sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari, mir-Regolament propost dwar l-Użu Sostenibbli ta’ Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (SUR). Il-Kummissjoni se twettaq ukoll aktar ħidma sabiex ittejjeb l-indikaturi użati għall-kwantifikazzjoni tat-tnaqqis tar-riskju u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
Bħala parti mill-abbozz tas-SUR, il-Kummissjoni pproponiet ukoll projbizzjoni fuq l-użu tal-pestiċidi f’żoni sensittivi. Dawn jinkludu żoni protetti għall-konservazzjoni tan-natura, kif ukoll żoni li jospitaw il-pollinaturi li huma mhedda bl-estinzjoni. As part of the interinstitutional negotiations, the European Parliament and Council are looking in detail at the modalities for such a prohibition. L-abbozz tas-SUR jipprevedi wkoll żieda fl-użu tal-ġestjoni integrata tal-pesti (IPM). Dan jistabbilixxi ġerarkija ta’ interventi għall-protezzjoni tal-pjanti, fejn l-enfasi tkun fuq miżuri ta’ riskju baxx u l-pestiċidi kimiċi jintużaw biss bħala l-aħħar alternattiva.
Tħassib dejjem akbar huwa l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza mill-Istati Membri għall-pestiċidi li ma għadhomx approvati fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni u se tagħti mandat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tivverifika jekk il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri għal dawn l-awtorizzazzjonijiet humiex validi. Il-Kummissjoni diġà għamlet dan b’mod ripetut fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għall-użu ta’ ċerti neonikotinojdi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tieħu passi sabiex ittejjeb id-disponibbiltà tal-alternattivi b’riskju baxx għall-kontroll kimiku ta’ pesti, b’mod partikolari dawk relatati ma’ soluzzjonijiet bijoloġiċi bħall-mikroorganiżmi.
Il-Kummissjoni qiegħda taħdem sabiex issaħħaħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għall-pollinaturi. This includes strengthening the risk assessment for bees to minimise the undesired effects of pesticides use on honeybees and wild bee species. Barra minn hekk, hemm ħtieġa urġenti li titħaffef id-disponibbiltà ta’ metodi ta’ ttestjar li jippermettu li tiġi ddeterminata t-tossiċità tal-pestiċidi għall-pollinaturi selvaġġi. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-koformulanti jkunu pprojbiti milli jintużaw flimkien ma’ sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti meta jitqiesu li għandhom effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent, inkluż il-pollinaturi.
It-titjib tal-ħabitats tal-pollinaturi fiż-żoni urbani
L-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura jnaqqsu d-disponibbiltà tal-ħabitats naturali tal-pollinaturi. Madankollu, jekk jiġu ppjanati u ġestiti kif xieraq, iż-żoni urbani jistgħu jaġixxu bħala rifuġji għall-pollinaturi, speċjalment f’pajsaġġ usa’ mċaħħad mir-riżorsi tal-fjuri. Dawn jistgħu jtejbu wkoll il-konnettività tal-ħabitats billi jipprovdu ħabitats ta’ tranżizzjoni, bħal parks pubbliċi, ġonna privati (f’żoni rurali wkoll), azjendi agrikoli urbani, u ħitan ekoloġiċi u bjut ekoloġiċi.
Il-Kummissjoni żviluppat gwida dwar l-ibliet favur il-pollinaturi, li għandha tiġi promossa ulterjorment u applikata b’mod wiesa’ mill-ibliet. Barra minn hekk, il-konservazzjoni tal-pollinaturi għandha titqies fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ ekoloġizzazzjoni urbana. Iż-żoni urbani huma wkoll hotspots għall-attivitajiet ta’ involviment, u għalhekk għandhom rwol importanti fiż-żieda tal-involviment taċ-ċittadini fl-attivitajiet ta’ konservazzjoni.
It-tnaqqis tal-impatti ta’ speċijiet aljeni invażivi fuq il-pollinaturi
Ċerti speċijiet aljeni invażivi jistgħu jeżerċitaw pressjonijiet diretti jew indiretti fuq il-pollinaturi. Dawn jistgħu jikkaċċjaw il-pollinaturi nattivi, ikunu vettur għall-mard u patoġeni ġodda jew jikkompetu magħhom għal sorsi tal-ikel. Il-pjanti aljeni invażivi jistgħu jisbqu l-pjanti nattivi, u b’hekk ibiddlu l-komunitajiet tal-pjanti li jiddependu fuqhom il-pollinaturi nattivi.
Sabiex jiġu evitati ulterjorment l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li l-impatt tagħhom fuq il-pollinaturi jista’ jkun gravi, se tingħata kunsiderazzjoni għall-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni.
Sabiex jiġi żgurat li r-restrizzjoni tal-użu tal-pestiċidi f’żoni sensittivi ma tfixkilx il-ġestjoni futura ta’ speċijiet ta’ pjanti aljeni invażivi, se jkun importanti li jiżdiedu d-disponibbiltà, l-użu u l-effettività ta’ opzjonijiet ta’ ġestjoni mhux kimiċi.
Ir-riskju tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni li huma ta’ ħsara għall-pollinaturi għandu jitnaqqas ulterjorment ukoll billi jiġi promoss l-użu ta’ pjanti nattivi u taħlitiet ta’ żrieragħ li huma tajbin għall-pollinaturi f’żoni li jinkludu l-ġonna privati, iż-żoni pubbliċi, l-art agrikola, u l-foresti.
L-indirizzar tat-tibdil fil-klima u ta’ kawżi oħrajn ta’ tnaqqis fil-pollinaturi
It-tibdil fil-klima jbiddel il-kundizzjonijiet tat-temp lokali f’termini ta’ temperatura u preċipitazzjoni, u għalhekk jista’ jnaqqas ir-riżorsi disponibbli għall-pollinaturi (eż. minħabba nixfa) u jfixkel ir-relazzjonijiet koevoluti bejn il-pollinaturi u l-pjanti, bħat-twaqqit tal-fjoritura u l-emerġenza ta’ pollinaturi speċjalizzati.
B’mod partikolari, ħafna speċijiet huma mistennija li jibdlu l-firxa tad-distribuzzjoni tagħhom sabiex jadattaw għal kundizzjonijiet klimatiċi mibdula u dan ikun jeħtieġ li dawn jiċċaqilqu għal żoni ġodda. Filwaqt li l-UE stabbiliet sensiela ta’ politiki u strateġiji klimatiċi sabiex issir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima sal-2050, l-ekosistemi Ewropej se jiġu inevitabbilment affettwati mit-tibdil fil-klima matul id-deċennji li ġejjin. Għalhekk, se jkun importanti li jiġi kkunsidrat l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-pollinaturi u fuq il-ħabitats tagħhom u li jiġu identifikati l-aktar żoni vulnerabbli għall-pollinaturi f’dan il-kuntest, bil-ħsieb li jitfasslu u jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati.
As regards light pollution, its impact on nocturnal pollinators is well understood, enabling specific mitigation actions at national, regional, and local level. Il-Kummissjoni integrat rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jittaffa t-tniġġis tad-dawl fil-linji gwida tagħha għaċ-ċittadini u l-ibliet u se tkompli tippromwovihom.
Il-pollinaturi jistgħu jiġu affettwati wkoll mill-bijoċidi. L-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li fihom dawn is-sustanzi huma soġġetti għal valutazzjoni stretta tar-riskju. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi bħalissa qiegħda tfassal approċċ speċifiku għall-valutazzjoni tar-riskji li l-bijoċidi joħolqu għall-pollinaturi.
2.3.PRIJORITÀ III: Mobilising society and promoting strategic planning and cooperation at all levels
Għajnuna liċ-ċittadini u lin-negozji sabiex jaġixxu
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet deskritti taħt iż-żewġ prijoritajiet preċedenti se teħtieġ mobilizzazzjoni wiesgħa tal-atturi rilevanti kollha, inklużi x-xjenzati, dawk li jfasslu l-politika, iċ-ċittadini, il-bdiewa, u n-negozji.
Din għandha tkun sostnuta minn attivitajiet effettivi ta’ komunikazzjoni, mobilizzazzjoni u networking. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-monitoraġġ u l-konservazzjoni tal-pollinaturi għandha tiġi promossa ulterjorment. Din għandha tinkludi x-xjenza taċ-ċittadini kif ukoll il-proċessi organizzati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ konservazzjoni fil-livelli rilevanti kollha. Il-qafas Ewropew ta’ kompetenza dwar is-sostenibbiltà jista’ jagħti s-setgħa liċ-ċittadini sabiex jaġixxu f’dan ir-rigward.
Peress li t-tnaqqis tal-pollinaturi huwa mistenni li jkollu impatt qawwi fuq il-ġenerazzjonijiet futuri, għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-involviment taż-żgħażagħ. F’dan ir-rigward, it-teknoloġiji l-ġodda, bħall-esperjenza tar-realtà virtwali Pollinator Park, joffru mezzi komplementari għall-involviment tas-soċjetà b’mod ġenerali.
L-involviment ta’ setturi kummerċjali ewlenin għandu jiġi ffaċilitat ulterjorment permezz ta’ networks eżistenti, bil-ħsieb li tiġi promossa l-adozzjoni tal-linji gwida dwar l-azzjoni għall-konservazzjoni tal-pollinaturi fis-setturi kollha.
Il-promozzjoni tal-ippjanar strateġiku u l-kooperazzjoni fil-livelli kollha
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi se jkollha bżonn tiġi tradotta f’approċċi strateġiċi mfassla tajjeb fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Hija biss azzjoni konsistenti fil-livelli kollha ta’ governanza li se treġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi.
L-istrateġiji nazzjonali dwar il-pollinaturi għandhom jikkoordinaw u jistimulaw l-isforzi fis-setturi u l-politiki rilevanti kollha sabiex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030, inkluż permezz ta’ azzjonijiet appoġġati mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Dawn għandhom jiġu tradotti fi pjanijiet ta’ azzjoni fil-livelli reġjonali u lokali. L-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni jeħtieġ li jiġu żviluppati b’mod trasparenti, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u bl-użu ta’ networks u pjattaformi eżistenti sabiex tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni bejn diversi atturi. Fejn ikun meħtieġ, għandu jiġi esplorat l-istabbiliment ta’ networks u pjattaformi ġodda. Għas-suġġetti u l-interventi li jqajmu kontroversja, il-proċessi parteċipattivi, deliberattivi u ta’ kokreazzjoni joffru mezzi addizzjonali sabiex jiġu indirizzati t-tensjonijiet bejn atturi differenti, inklużi ċ-ċittadini. Rwol attiv għall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni se jkun ta’ importanza partikolari, filwaqt li jippromwovi l-involviment u l-kollaborazzjoni reġjonali.
Fl-aħħar nett, it-tnaqqis tal-pollinaturi ma huwiex biss sfida Ewropea. L-isforzi tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-isforzi internazzjonali sabiex titreġġa’ lura din ix-xejra globali, taħt l-Inizjattiva Internazzjonali dwar il-Pollinaturi u permezz ta’ fora internazzjonali rilevanti oħra.
3.Konklużjoni
Jekk l-UE trid tippreżerva l-bijodiversità, ma hemm l-ebda alternattiva ħlief li jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi, li hija fundamentali għall-benesseri tal-bniedem. Il-qafas ta’ azzjoni l-ġdid skont l-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi jistabbilixxi perkors għall-UE sabiex tilqa’ din l-isfida. Flimkien mal-proposta għal Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, dan jirrappreżenta patt ġdid għall-pollinaturi fl-UE.
Din l-inizjattiva riveduta se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt. Se tipprovdi wkoll kontribut siewi għall-progress tal-UE lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli rilevanti tan-NU u l-impenji miftiehma skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill japprovaw il-qafas ta’ azzjoni l-ġdid taħt din l-Inizjattiva u sabiex jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fl-implimentazzjoni tiegħu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
ANNEX – New Action Framework
Dan l-anness jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet inklużi taħt kull prijorità tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi.
PRIJORITÀ I: It-titjib tal-għarfien dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu
|
L-objettivi li għandhom jintlaħqu sal-2030
L-istat tal-pollinaturi u l-kawżi ewlenin tat-tnaqqis tagħhom jiġu mmonitorjati regolarment permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ madwar l-UE u jiġu vvalutati regolarment. Dan jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ta’ indikaturi robusti sabiex jinformaw dwar l-impatti tal-politiki nazzjonali u tal-UE rilevanti dwar il-pollinaturi. Ma għadx hemm lakuni kritiċi fl-għarfien dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu għas-soċjetà u għall-ekonomija. Hemm aċċess miftuħ għad-data u għall-informazzjoni dwar il-pollinaturi.
|
AZZJONI
|
KOMPLETATA MINN
|
1. L-ISTABBILIMENT TA’ SISTEMA KOMPRENSIVA TA’ MONITORAĠĠ
|
|
1.1
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ metodoloġija standardizzata għal skema ta’ monitoraġġ tal-pollinaturi tal-UE (EU-PoMs). Il-metodoloġija se tiżgura t-twassil ta’ settijiet tad-data annwali dwar l-abbundanza u d-diversità tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi, b’setgħa statistika adegwata sabiex jiġi vvalutat jekk it-tnaqqis tal-pollinaturi ġiex imreġġa’ lura kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Ladarba l-metodoloġija tkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-iskema fil-prattika.
|
2026
|
1.2
|
Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, se tfassal qafas integrat għall-monitoraġġ tat-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-ġbir sistematiku tad-data dwar theddid kbir għall-pollinaturi, b’mod partikolari permezz tal-inizjattivi EMBAL u Insignia.
|
2026
|
1.3
|
Il-Kummissjoni se tiżviluppa indikaturi dwar l-istat tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi u l-pressjonijiet li jiffaċċaw u se tesplora opzjonijiet għall-iżvilupp ta’ indikaturi dwar l-impatti tal-pollinaturi fuq is-saħħa tal-ekosistema, l-ekonomija u l-benesseri tal-bniedem. Dawn l-indikaturi se jiġu żviluppati bil-għan li jikkontribwixxu, fost affarijiet oħrajn, għall-evalwazzjoni tal-politiki rilevanti, bħall-politika agrikola komuni (rabta mal-Azzjoni 5.4).
|
Kontinwament sal-2030
|
2. APPOĠĠ GĦAR-RIĊERKA U L-VALUTAZZJONI
|
|
2.1
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-istat tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tat-tnaqqis tagħhom, kif ukoll miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni. Ir-riċerka bażika u applikata pprijoritizzata, appoġġata permezz tal-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont Ewropa – u l-isforzi nazzjonali tar-riċerka, għandhom iwessgħu l-bażi tal-għarfien fost il-gruppi ta’ pollinaturi u jtejbu l-fehim tat-theddid emerġenti għall-pollinaturi.
|
Kontinwament sal-2030
|
2.2
|
Il-Kummissjoni se tiffinalizza l-valutazzjoni tal-Lista l-Ħamra Ewropea għal gruppi ewlenin ta’ insetti pollinaturi – naħal, Syrphidae, friefet, u baħrijiet.
|
2024
|
2.3
|
Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, se tidentifika u tippjana Żoni Ewlenin ta’ Pollinaturi fl-UE, li għandhom isiru l-qofol tal-isforzi ta’ konservazzjoni u restawr.
|
2025
|
3. IL-PROMOZZJONI TAL-BINI TAL-KAPAĊITÀJIET U L-KONDIVIŻJONI TAL-GĦARFIEN
|
|
3.1
|
Abbażi ta’ valutazzjoni tal-lakuni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-investiment sabiex tiżdied il-kapaċità tal-esperti tal-UE fit-tassonomija tal-pollinaturi (jiġifieri x-xjenza tal-għoti ta’ ismijiet, id-deskrizzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ dawk l-organiżmi), sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ riċerka u monitoraġġ. L-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tal-edukazzjoni u joħolqu opportunitajiet ta’ xogħol f’dan il-qasam.
|
Kontinwament sal-2030
|
3.2
|
Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa bażi tad-data dwar l-ispeċijiet ta’ pollinaturi (fosthom id-deskrizzjoni, l-istampi u l-mapep tad-distribuzzjoni ta’ kull speċi) u se tappoġġa l-iżvilupp ta’ gwidi fuq il-post u ta’ kjavi ta’ identifikazzjoni sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-pollinaturi.
|
2025
|
3.3
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess miftuħ għad-data u l-informazzjoni ġġenerati mill-attivitajiet ta’ riċerka u monitoraġġ, kif ukoll minn sorsi rilevanti oħrajn tad-data bħad-data dwar l-użu tal-art skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) tal-PAK.
|
Kontinwament sal-2030
|
3.4
|
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se jkomplu jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien permezz tal-Pollinator Information Hive tal-UE u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Bijodiversità għall-Ewropa (BISE).
|
Kontinwament sal-2030
|
3.5
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura tar-riċerka li hija importanti għat-titjib tal-bażi tal-għarfien dwar il-pollinaturi, inkluż billi jibnu fuq is-Sistema Distribwita tal-Kollezzjonijiet Xjentifiċi (Distributed System of Scientific Collections, DiSSCo) u r-Riċerka fit-tul dwar l-Ekosistema fl-Ewropa (Long-Term Ecosystem Research in Europe, eLTER).
|
2026
|
PRIJORITÀ II: It-titjib tal-konservazzjoni tal-pollinaturi u l-indirizzar tal-kawżi tat-tnaqqis tagħhom
|
L-objettivi li għandhom jintlaħqu sal-2030
Ġew identifikati u implimentati miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u restawr għall-pollinaturi u għall-ħabitats tagħhom. Miżuri rilevanti għall-pollinaturi huma integrati bis-sħiħ fil-politika agrikola komuni u l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament sabiex imantnu u jirrestawraw il-ħabitats tal-pollinaturi f’żoni rurali u urbani, inkluż taħt il-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Il-ħabitats tal-pollinaturi huma konnessi b’mod effettiv fil-pajsaġġ usa’, u dan jippermetti lill-pollinaturi jinfirxu madwar it-territorju u jwieġbu għall-impatti klimatiċi negattivi. Il-pollinaturi huma protetti mill-impatti tal-pestiċidi, ta’ inkwinanti ambjentali oħrajn u ta’ speċijiet aljeni invażivi.
|
4. IT-TITJIB TAL-KONSERVAZZJONI TAL-ISPEĊIJIET U TAL-ĦABITATS TA’ POLLINATURI
|
|
4.1
|
Il-Kummissjoni se tiffinalizza l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ konservazzjoni għal speċijiet mhedda ta’ pollinaturi. Żewġ pjanijiet se jkopru l-pajsaġġi agrikoli u tal-foresti, u t-tielet se jkopri l-Gżejjer Kanarji. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom.
|
2026
|
4.2
|
Il-Kummissjoni se tidentifika pollinaturi tipiċi ta’ ħabitats protetti skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri implimentati għal dawn il-ħabitats, b’mod partikolari skont il-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000, iqisu l-konservazzjoni tal-pollinaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament adegwat għal dawk il-miżuri.
|
Kontinwament sal-2030
|
4.3
|
L-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ speċijiet mhedda ta’ pollinaturi fil-ġestjoni ta’ żoni protetti eżistenti, u fil-wegħdiet tagħhom għal żoni protetti ġodda skont l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030.
|
Kontinwament sal-2030
|
4.4
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom ifasslu pjan ta’ azzjoni għal network ta’ kurituri ekoloġiċi għall-pollinaturi – “Buzz Lines” – u jiżviluppaw pjan ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan se jibni fuq l-immappjar ta’ Żoni Ewlenin ta’ Pollinaturi u l-ħolqien ta’ żoni ta’ ħabitats ġodda permezz tar-restawr. Sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tan-network Buzz Lines, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-konservazzjoni tal-pollinaturi fil-politiki tal-ippjanar spazjali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.
|
2027, b’implimentazzjoni kontinwa sal-2030
|
4.5
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jippromwovu attivitajiet għall-konservazzjoni tal-pollinaturi permezz tal-Programm LIFE.
|
Kontinwament sal-2030
|
5. IR-RESTAWR TAL-ĦABITATS TAL-POLLINATURI FIL-PAJSAĠĠI AGRIKOLI
|
|
5.1
|
Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri sabiex iżżid l-appoġġ għall-biedja favur il-pollinaturi skont il-politika agrikola komuni (PAK). L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw interventi mmirati u ppjanati b’mod strateġiku sabiex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-pollinaturi fil-pajsaġġi agrikoli sal-2030, bħala parti mill-PAK u strumenti rilevanti oħrajn (eż. miżuri nazzjonali jew reġjonali ta’ konservazzjoni tan-natura). Dawn għandhom jiżguraw ukoll il-konsistenza u sinerġiji bejn dawn l-istrumenti u l-miżuri differenti. Fid-dawl ta’ din il-ħtieġa, il-Kummissjoni se tesplora opzjonijiet dwar kif l-aħjar tindirizza l-konservazzjoni u r-restawr tal-pollinaturi fir-riforma futura tal-PAK.
|
Kontinwament sal-2030
|
5.2
|
Il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati sabiex jikkondividu l-aħjar prattika u jorganizzaw attivitajiet ta’ koordinazzjoni skont il-PAK attwali sabiex jiffaċilitaw it-tfassil u l-adozzjoni ta’ strumenti effettivi li minnhom jibbenefikaw il-pollinaturi, bħal skemi ta’ pagament ibbażati fuq ir-riżultati u miżuri kollettivi mill-bdiewa, inkluż permezz tan-Network tal-PAK tal-UE u pjattaformi oħrajn tal-partijiet ikkonċernati.
|
2027
|
5.3
|
L-Istati Membri għandhom itejbu l-kapaċità tas-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għall-konservazzjoni u r-restawr tal-pollinaturi. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ukoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ dimostrazzjoni għal skemi favur il-pollinaturi.
|
Kontinwament sal-2030
|
5.4
|
Il-Kummissjoni se tkompli bl-iżvilupp ta’ indikatur tal-pollinaturi bil-għan li dan jiġi integrat fil-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-PAK, ladarba l-iskema ta’ monitoraġġ tal-pollinaturi tal-UE (EU-PoMs) tiġi implimentata biżżejjed.
|
2026
|
6. IL-MITIGAZZJONI TAL-IMPATTI TAL-UŻU TAL-PESTIĊIDI FUQ IL-POLLINATURI
|
|
6.1
|
Il-Kummissjoni se tirrikjedi li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu sistemi f’konformità mar-rekwiżiti legali rilevanti sabiex jiżguraw li l-utenti professjonali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jimplimentaw ġestjoni integrata tal-pesti (IPM), bil-għan li jiġi mminimizzat l-impatt tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pollinaturi.
|
2026
|
6.2
|
Il-Kummissjoni se tivvaluta l-opzjonijiet għat-titjib tal-indikaturi tar-riskju armonizzati eżistenti, jew għall-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda, sabiex jiġu stmati aħjar ix-xejriet fir-riskju u fl-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi r-riskji għall-pollinaturi.
|
Kontinwament sal-2030
|
6.3
|
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għall-pestiċidi li huma ta’ ħsara għall-pollinaturi u, jekk jitqies meħtieġ, titlob lill-EFSA tivvaluta l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tagħti mandat lill-EFSA sabiex tiżviluppa protokolli speċifiċi sabiex tevalwa dawk il-ġustifikazzjonijiet. Meta jinstab li l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza ma jkunux iġġustifikati, il-Kummissjoni se tkompli tadotta deċiżjonijiet sabiex tipprojbixxi dawn l-awtorizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tad-dokument ta’ gwida dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza, u, jekk ikun meħtieġ, se tikkunsidra li tistabbilixxi kriterji legalment vinkolanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar meta jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza.
|
Kontinwament sal-2030
|
6.4
|
Ladarba jiġi ppubblikat, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri għall-approvazzjoni u għall-implimentazzjoni sħiħa tad-Dokument ta’ Gwida dwar in-Naħal rivedut tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-valutazzjoni tar-riskji għan-naħal mill-użu tal-pestiċidi. Il-Kummissjoni se titlob lill-EFSA għal rieżami ieħor meta jsiru disponibbli għodod ġodda ta’ għarfien jew ta’ mmudellar.
|
2024
|
6.5
|
Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tistabbilixxi pjan ta’ ħidma sabiex jiġu żviluppati, ivvalidati u ttestjati metodi ta’ ttestjar addizzjonali għad-determinazzjoni tat-tossiċità tal-pestiċidi għall-pollinaturi, inklużi l-pollinaturi selvaġġi. Dan il-pjan ta’ ħidma se jqis l-ispeċijiet indikaturi li jeħtieġ li jiġu ttestjati u se jinkludi l-effetti subletali u kroniċi tal-pestiċidi. Dan se jinkludi appoġġ għar-rikonoxximent internazzjonali ta’ dawk il-metodi permezz ta’ Linji Gwida ta’ Ttestjar ġodda mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).
|
2025
|
6.6
|
Il-Kummissjoni se tħejji Regolament ta’ Implimentazzjoni li jistabbilixxi proċedura u kriterji għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li se jinkludu kriterji għall-protezzjoni ambjentali li jkopru l-pollinaturi.
|
2024
|
7. IT-TITJIB TAL-ĦABITATS TAL-POLLINATURI FIŻ-ŻONI URBANI
|
|
7.1
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-ibliet jimplimentaw il-gwida għal bliet favur il-pollinaturi.
|
Kontinwament sal-2030
|
7.2
|
Meta jiġu żviluppati Pjanijiet ta’ Ekoloġizzazzjoni Urbana, l-ibliet Ewropej għandhom iqisu r-rekwiżiti ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi.
|
Kontinwament sal-2030
|
8. IT-TNAQQIS TAL-IMPATTI TA’ SPEĊIJIET ALJENI INVAŻIVI FUQ IL-POLLINATURI
|
|
8.1
|
Il-Kummissjoni se tivvaluta t-theddid għall-pollinaturi minn speċijiet aljeni invażivi li għadhom ma humiex inklużi fil-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u se tħejji valutazzjonijiet tar-riskju għal dawk l-aktar problematiċi.
|
2025
|
8.2
|
Il-Kummissjoni se tivvaluta l-opzjonijiet ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet ta’ pjanti aljeni invażivi li huma l-aktar ta’ ħsara għall-pollinaturi selvaġġi, bil-għan li tiżdied id-disponibbiltà, l-adozzjoni u l-effettività ta’ opzjonijiet ta’ ġestjoni mhux kimiċi.
|
2028
|
8.3
|
Il-Kummissjoni se tiżviluppa linji gwida sabiex tippromwovi l-użu ta’ pjanti nattivi u ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ li huma ta’ benefiċċju għall-pollinaturi f’żoni inklużi l-ġonna privati, iż-żoni pubbliċi, l-art agrikola u l-foresti.
|
2027
|
9. L-INDIRIZZAR TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U TA’ KAWŻI OĦRAJN TA’ TNAQQIS FIL-POLLINATURI
|
|
9.1
|
Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, se tidentifika l-aktar żoni vulnerabbli għall-pollinaturi fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, u se tfassal u timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-pollinaturi u fuq il-ħabitats tagħhom fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
|
Kontinwament sal-2030
|
9.2
|
L-Istati Membri għandhom itaffu l-impatt tat-tniġġis tad-dawl fuq il-pollinaturi permezz ta’ politiki nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-adozzjoni ta’ gwida għall-pubbliku u l-ibliet f’dan ir-rigward.
|
Kontinwament sal-2030
|
9.3
|
L-Aġenzija Ewropea għas-sustanzi Kimiċi se tiżviluppa linji gwida għall-valutazzjoni tar-riskji tal-bijoċidi fuq il-pollinaturi.
|
2024
|
PRIJORITÀ III: Il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà u l-promozzjoni tal-ippjanar u l-kooperazzjoni strateġiċi fil-livelli kollha
|
L-objettivi li għandhom jintlaħqu sal-2030
Ġew żviluppati u implimentati pjanijiet ta’ azzjoni sabiex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. L-impatt tal-politiki pubbliċi żdied billi l-pubbliku ġenerali u n-negozji ġew mobilizzati b’mod effettiv. L-impatt ta’ miżuri individwali żdied permezz ta’ kollaborazzjoni u koordinazzjoni aħjar tal-atturi rilevanti fil-livelli kollha. Fuq livell globali, l-UE hija minn ta’ quddiem sabiex tappoġġa u tiffaċilita l-azzjoni internazzjonali dwar il-pollinaturi.
|
10. GĦAJNUNA LIĊ-ĊITTADINI U LIN-NEGOZJI SABIEX JAĠIXXU
|
|
10.1
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jqajmu kuxjenza pubblika dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi u jinvolvu lill-pubbliku f’azzjoni sabiex jindirizzawh, billi jappoġġaw l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ networking.
|
Kontinwament sal-2030
|
10.2
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu x-xjenza taċ-ċittadini u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni pubblika fil-monitoraġġ u l-konservazzjoni tal-pollinaturi, u b’mod partikolari għandhom jappoġġaw l-involviment taż-żgħażagħ u l-governanza parteċipattiva.
|
Kontinwament sal-2030
|
10.3
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-adozzjoni tal-gwidi dwar l-azzjoni minn setturi kummerċjali ewlenin għall-protezzjoni tal-pollinaturi, inkluż permezz tal-Pjattaforma tal-UE għan-Negozju @ Bijodiversità.
|
Kontinwament sal-2030
|
11. IL-PROMOZZJONI TAL-IPPJANAR STRATEĠIKU U L-KOOPERAZZJONI FIL-LIVELLI KOLLHA
|
|
11.1
|
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini, strateġiji nazzjonali dwar il-pollinaturi li jikkoordinaw u jistimulaw sforzi fis-setturi u l-politiki rilevanti kollha sabiex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030. Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, inkluż permezz tal-grupp ta’ ħidma dwar il-pollinaturi tal-Pjattaforma tal-UE għall-Bijodiversità.
|
2025
|
11.2
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw u jinkoraġġixxu azzjoni għall-konservazzjoni tal-pollinaturi fil-livelli reġjonali u lokali, inkluż permezz tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiżviluppaw, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-komunitajiet lokali, pjanijiet ta’ azzjoni li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-UE u dawk nazzjonali sabiex ireġġgħu lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030.
|
Kontinwament sal-2030
|
11.3
|
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattika dwar kif jiġu protetti l-pollinaturi. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu l-involviment tal-livelli kollha tal-gvern, filwaqt li jiżguraw appoġġ, inkoraġġiment u koordinazzjoni adegwati għall-azzjonijiet implimentati fil-livell lokali u reġjonali.
|
Kontinwament sal-2030
|
11.4
|
Il-Kummissjoni se tkompli tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn diversi atturi permezz ta’ pjattaformi eżistenti bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pollinaturi tal-Pjattaforma tal-UE għall-Bijodiversità, il-pjattaforma tal-politika Interreg, il-programm TAIEX-EIR Peer 2 Peer, in-Network tal-PAK tal-UE u l-Pjattaforma tal-UE għall-Ekoloġizzazzjoni Urbana. Il-Kummissjoni se tinvestiga l-ħtiġijiet addizzjonali għaż-żieda tal-kapaċità ta’ kollaborazzjoni bejn diversi atturi fil-livell tal-UE.
|
Kontinwament sal-2030
|
11.5
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jippromwovu azzjoni internazzjonali effettiva dwar il-pollinaturi, inkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-OECD.
|
Kontinwament sal-2030
|