Awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali
-
BPR
- Fehim tal-BPR
- Skadenzi li ġejjin
- Approvazzjoni ta' sustanzi attivi
- Tiġdid ta' sustanzi attivi
- Sustanzi attivi ġenerati in situ
- Emenda ta' Anness I
- Awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali
- Ekwivalenza Teknika
- Fornituri approvati
- Leġiżlazzjoni
- Tipi ta’ Prodotti
- Artikli ttrattati
- Kondiviżjoni ta' dejta
- Sostituzzjoni b’sustanzi kimiċi aktar sikuri
- Nanomaterials
- BPR Coordination Group
Awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali
Il-prodotti bijoċidali kollha jridu jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu bejn diversi proċessi alternattivi, skont il-prodott tagħhom u n-numru ta' pajjiżi fejn huma jixtiequ jbiegħuh.
Jekk il-prodott ser jitqiegħed f'suq uniku biss, l-awtorizzazzjoni minn dak il-pajjiż hija biżżejjed.
Jekk kumpanija tixtieq tqiegħed il-prodott fis-suq f'diversi pajjiżi, din tista' tapplika għal rikonoxximent reċiproku għall-awtorizzazzjoni tal-prodott.
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista' japplika għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (MSCA) li tat l-awtorizzazzjoni. Fil-każ ta' awtorizzazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandha tiġi sottomessa lill-MSCA ta’ referenza u lill-MSCAs kollha kkonċernati.
Ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali jintroduċi alternattiva ġdida għal kumpaniji li jixtiequ japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-UE kollha f'daqqa.
Hemm ukoll proċedura simplifikata għal prodotti li jissodisfaw ċerti kriterji speċifikati fir-regolament, eż. ma jinkludu l-ebda sustanza ta' tħassib.