Il-Patt Ekoloġiku EwropewNirsistu biex inkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma theddida eżistenzjali għall-Ewropa u d-dinja. Biex jegħleb dawn l-isfidi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew se jittrasforma lill-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, biex jiġi żgurat li:ma jkun hemm ebda emissjoni netta ta’ gassijiet b’effett serra sal-2050it-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsiebda persuna u ebda post ma jitħallew barraIl-Patt Ekoloġiku Ewropew hu wkoll vitali biex noħorġu mill-pandemija tal-COVID-19. Terz mill-investimenti ta’ €1.8 triljun mill-Pjan ta’ Rkupru tan-NextGenerationEU, u l-baġit ta’ seba’ snin tal-UE se jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.Skopri l-istorja viżiva tal-Patt Ekoloġiku Ewropew Punt ewlieni Ir-rapport tal-2024 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jsib li l-UE qed tagħmel progress fl-iżgurar ta’ enerġija affordabbli għal kulħadd11 ta’ Settembru 2024 - Ir-rapport tal-2024 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jsib li l-UE rreżistiet riskji kritiċi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħha, reġgħet kisbet il-kontroll fuq is-suq u l-prezzijiet tal-enerġija, u aċċellerat it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Ir-rapport annwali jqis il-progress tal-UE fl-2023-24 lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, il-pjan REPowerEU biex jitnaqqsu d-dipendenzi fuq il-fjuwils fossili tar-Russja, u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Skont ir-rapport, l-UE stabbiliet b’suċċess il-qafas regolatorju u ta’ finanzjament meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u tistabbilixxi l-pedamenti għal tkabbir ekonomiku u kompetittività mġedda. Filwaqt li ġie rrappurtat progress sinifikanti fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, ir-rapport isib li hemm oqsma fejn huwa meħtieġ titjib, bħat-tisħiħ tal-isforzi tal-UE għall-effiċjenza enerġetika. Aqra aktar Ċifri ewlenin L-ewwel kontinent newtrali għall-klimasal-2050Mill-anqas 55% anqasemissjonijiet netti tal-gassijiet serra sal-2030, imqabbla mal-livelli tal-19903 biljunsiġra li għandhom jitħawlu fl-UE sal-2030 Inizjattivi distintiviREPowerEUIl-Pjan Industrijali tal-Patt EkoloġikuAzzjoni tal-UE biex tindirizza l-kriżi tal-enerġija Fuq xiex qed naħdmu KlimaInkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050EnerġijaTranżizzjoni lejn enerġija nadifa u effiċjentiAmbjent u oċeaniProtezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tagħnaAgrikolturaSistema ta’ ikel tajjeb għas-saħħa għan-nies u għall-pjanetaTrasportForniment ta’ trasport effiċjenti, sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjentIndustrijaStrateġija industrijali għal Ewropa kompetittiva, ekoloġika u diġitaliRiċerka u innovazzjoniIr-rwol tagħha fl-ixprunar ta’ bidla trasformattivaFinanzi u żvilupp reġjonaliInvestimenti sostenibbli biex inwettqu l-Patt Ekoloġiku EwropewBauhaus Ewropea l-ĠdidaInizjattiva kreattiva u interdixxiplinari li tgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazji tal-għajxien u l-esperjenzi tagħna Kronoloġija 18 ta’ Awwissu 2024Dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura30 ta’ Lulju 2024Dħul fis-seħħ tad-Direttiva l-ġdida dwar it-tiswija ta’ oġġetti28 ta' Ġunju 2024Jidħol fis-seħħ l-att dwar l-industrija b’emissjonijiet żero netti17 ta' Ġunju 2024Il-Kunsill jadotta l-liġi dwar ir-Restawr tan-natura13 ta' Ġunju 2024Regolament ġdid hu adottat li jiżgura konnettività aħjar u sostenibbli fl-Ewropa30 ta' Mejju 2024Il-Kunsill jadotta d-direttiva dwar id-dritt għat-tiswija28 ta' Mejju 2024L-UE u l-Awstralja jiffirmaw sħubija dwar minerali kritiċi u strateġiċi sostenibbli27 ta' Mejju 2024Adozzjoni tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u tar-Regolament tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija21 ta' Mejju 2024Il-Kunsill jadotta r-riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku u l-pakkett dwar il-gassijiet dekarbonizzati u l-idroġenu21 ta' Mejju 2024Adozzjoni tar-riformi tas-suq tal-elettriku u tal-gass u l-qafas il-ġdid biex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-idroġenu13 ta' Mejju 2024Il-Kunsill jadotta r-regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal22 ta' April 2024Il-Kummissjoni tiddefinixxi prinċipji dwar il-limitazzjoni tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi kimiċi ta’ ħsara għall-użi essenzjali13 ta' April 2024Dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi12 ta' April 2024Jiġu adottati regoli ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet għall-karozzi, il-vannijiet u t-trakkijiet12 ta' April 2024Il-Kunsill jadotta d-direttiva riveduta dwar l-emissjonijiet industrijali u r-regolament dwar l-istabbiliment ta’ portal dwar l-emissjonijiet industrijali12 ta' April 2024Adozzjoni tad-Direttiva msaħħa dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija10 ta' April 2024Il-Kummissjoni tieħu kont ta’ sensiela ta’ Djalogi dwar It-Tranżizzjoni Nadifa fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-Ewropa f’ekonomija nadifa, effiċjenti fir-riżorsi, ekwa u kompetittiva5 ta' April 2024Sħubija strateġika mal-Użbekistan dwar il-materja prima kritika27 ta’ Marzu 2024 Dħul fis-seħħ tad-Direttiva rigward l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika21 ta' Marzu 2024L-UE u n-Norveġja ffirmaw sħubija strateġika dwar il-ktajjen ta’ valur sostenibbli tal-materja prima bbażati fuq l-art u tal-batterija15 ta' Marzu 2024Il-Kummissjoni tipproponi rieżami mmirat tal-Politika Agrikola Komuni biex tappoġġja l-bdiewa tal-UE12 ta' Marzu 2024Il-Kummissjoni tistabbilixxi passi ewlenin għall-ġestjoni tar-riskji klimatiċi biex jiġu protetti n-nies u l-prosperità11 ta' Marzu 2024Dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra20 ta' Frar 2024Ftehim politiku dwar l-ewwel skema ta’ ċertifikazzjoni għall-UE kollha għall-assorbimenti tal-karbonju20 ta' Frar 2024 Ftehim politiku dwar standards ġodda tal-kwalità tal-arja fl-UE19 ta' Frar 2024L-UE u r-Rwanda jiffirmaw Memorandum ta’ Qbil dwar Ktajjen tal-Valur Sostenibbli tal-Materja Prima16 ta' Frar 2024 Ftehim politiku dwar l-indirizzar tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri biex l-ibħra Ewropej isiru aktar nodfa8 ta' Frar 2024Ftehim politiku mal-projbizzjoni tal-bqija tal-użi intenzjonati kollha tal-merkurju tossiku fl-UE6 ta' Frar 2024Il-Kummissjoni taddotta Strateġija Industrijali tal-UE għall-Ġestjoni tal-Karbonju, li tistabbilixxi kif jinqabad, jinħażen u jintuża s-CO2 b’mod sostenibbli6 ta' Frar 2024Il-Kummissjoni tippreżenta rakkomandazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2040 biex tiġi stabbilita t-triq lejn in-newtralità klimatika fl-20506 ta' Frar 2024Ftehim politiku dwar l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti2 ta' Frar 2024Ftehim politiku dwar regoli komuni li jippromwovu t-tiswija ta’ oġġetti għall-konsumaturi29 ta' Jannar 2024Ftehim politiku dwar ġestjoni tal-ilma urban mormi aktar profonda u aktar kosteffettiva25 ta' Jannar 2024Il-Kummissjoni tniedi Djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura tal-UE18 ta' Jannar 2024Ftehim politiku dwar miri b'saħħithom biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn trakkijiet ġodda u x-xarabankx urbani19 ta' Diċembru 2023Ftehim politiku dwar network trans-Ewropew tat-trasport aktar sostenibbli u resiljenti14 ta' Diċembru 2023Ftehim politiku dwar ir-riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE8 ta' Diċembru 2023Ftehim politiku dwar regoli aġġornati tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-gass u għall-ħolqien ta’ suq tal-idroġenu7 ta' Diċembru 2023Ftehim politiku dwar regoli ġodda biex tingħata spinta lir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fl-UE kollha5 ta' Diċembru 2023Ftehim politiku dwar it-titjib tal-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanza kimika ta' riskju2 ta' Diċembru 2023Il-COP28: Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tniedi Wegħda Globali għall-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija29 ta' Novembru 2023Ftehim politiku dwar il-ġestjoni tal-immodernizzar tal-Emissjonijiet industrijali28 ta' Novembru 2023Il-Kummissjoni tistabbilixxi azzjonijiet biex titħaffef l-introduzzjoni tal-grilji tal-elettriku22 ta' Novembru 2023Il-Kummissjoni tipproponi liġi ġdida dwar il-monitoraġġ tal-foresti li għandha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza tal-foresti Ewropej24 ta' Ottubru 2023Il-Kummissjoni tippreżenta il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Enerġija mir-Riħ9 ta' Ottubru 2023Bl-adozzjoni tal-aħħar żewġ proposti, il-pakkett ta’ miżuri “Lesti għall-mira ta’ 55%” biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990 issa hu komplut. L-UE issa għandha miri klimatiċi li jorbtu legalment li jkopru s-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija1 ta' Ottubru 2023Id-dħul fis-seħħ tal-fażi tranżizzjonali tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM)13 ta' Lulju 2023Preżentazzjoni ta’ inizjattiva biex tissaħħaħ iċ-ċirkolarità tas-settur awtomobilistiku, li tkopri d-disinn, il-produzzjoni u t-trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-vetturi11 ta' Lulju 2023Preżentazzjoni ta’ miżuri biex it-trasport tal-merkanzija jsir aktar effiċjenti u sostenibbli, billi tittejjeb il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja, jiġu offruti inċentivi aktar b’saħħithom għal trakkijiet b’emissjonijiet baxxi, u informazzjoni aħjar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport tal-merkanzija5 ta' Lulju 2023Il-Kummissjoni tippreżenta pakkett ta’ miżuri għal użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali ewlenin – biex tgħin lir-reżiljenza tal-ħamrija, iżżid is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel tagħna, ittejjeb il-materjal riproduttiv tal-pjanti u tal-foresti u tnaqqas il-ħela tal-ikel u tat-tessuti16 ta' Ġunju 2023Proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, biex tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u sostenibbli meta jixtru telefowns ċellulari bla fili u tablets26 ta' April 2023Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilħqu ftehim politiku dwar il-proposta ReFuelEU Aviation25 ta' April 2023“Lesti għall-Mira ta’ 55%”: Il-Kunsill jadotta biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni li jilħqu l-miri klimatiċi għall-203025 ta' April 2023Il-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija: Il-Kummissjoni tniedi l-ewwel sejħa għall-kumpaniji biex jixtru l-gass b’mod konġunt21 ta' April 2023Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni eżistenti tal-prodotti agroalimentari28 ta' Marzu 2023Qbil fuq liġi ġdida ambizzjuża biex tiġi installata infrastruttura suffiċjenti tal-karburanti alternattivi23 ta' Marzu 2023Intlaħaq ftehim dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu permezz tal-promozzjoni ta’ karburanti sostenibbli għat-trasport marittimu22 ta' Marzu 2023Protezzjoni tal-konsumatur: nippermettu għażliet sostenibbli u nwaqqfu l-greenwashing22 ta' Marzu 2023Id-dritt għat-tiswija: il-Kummissjoni tadotta proposta ġdida dwar regoli komuni li jippromwovu t-tiswija tal-oġġetti16 ta' Marzu 2023Il-Kummissjoni tipproponi l-Att dwar il-Materja Prima Kritika16 ta' Marzu 2023Il-Kummissjoni tipproponi l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti16 ta' Marzu 2023Il-Kummissjoni tniedi l-programm ta’ bini tal-kapaċità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna14 ta' Marzu 2023Il-Kummissjoni tipproponi riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE biex tagħti spinta lis-sorsi rinnovabbli, tipproteġi aħjar lill-konsumaturi u ttejjeb il-kompetittività industrijali10 ta' Marzu 2023L-UE taqbel fuq regoli aktar b’saħħithom biex tixpruna l-effiċjenza fl-enerġija 21 ta' Frar 2023Il-Kummissjoni qed tippreżenta pakkett ta’ miżuri biex ittejjeb is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE.14 ta' Frar 2023Il-Kummissjoni tipproponi mira ta’ emissjonijiet żero għall-2030 għal xarabanks ġodda fl-ibliet u tnaqqis ta’ 90% fl-emissjonijiet għal trakkijiet ġodda sal-204013 ta' Frar 2023Il-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli dwar l-idroġenu rinnovabbli1 ta' Frar 2023Il-Kummissjoni qed tippreżenta Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku, l-inizjattiva biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija b’emissjonijiet żero netti tal-Ewropa billi tappoġġja t-tranżizzjoni mħaffa lejn in-newtralità klimatika24 ta' Jannar 2023 Preżentazzjoni ta’ “Patt Ġdid għall-Pollinaturi” biex jiġi indirizzat it-tnaqqis allarmanti fl-insetti dakkara selvaġġi fl-Ewropa.18 ta' Diċembru 2022L-UE taqbel li ssaħħaħ u tespandi l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u toħloq Fond Soċjali għall-Klima biex jgħin lin-nies fit-tranżizzjoni9 ta' Diċembru 2022Regoli ġodda dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni6 ta' Diċembru 2022L-UE tilħaq ftehim dwar liġi kontra d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti xprunati mill-produzzjoni u l-konsum tal-UE30 ta' Novembru 2022Ekonomija Ċirkolari: Ir-Regolament dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-ImballaġġProposta għall-ewwel qafas volontarju għall-UE kollha biex tiċċertifika b’mod affidabbli l-assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja. 15 ta' Novembru 2022Inizjattiva tal-UE dwar l-Algi10 ta' Novembru 2022Proposta għal standards Euro 7 ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa mill-vetturi u tittejjeb il-kwalità tal-arjaIl-Bijodiversità: Miżuri aktar b’saħħithom kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi27 ta' Ottubru 2022Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu qbil politiku proviżorju dwar standards ta’ rendiment aktar stretti għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi u vannijiet ġodda26 ta' Ottubru 2022Il-Kummissjoni tipproponi regoli aktar b’saħħithom għal arja u ilma aktar nodfa15 ta' Settembru 2022Proposta għal intervent ta’ emerġenza fis-suq biex jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija għall-Ewropej20 ta' Lulju 2022Proposta “Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura”22 ta' Ġunju 2022Pakkett dwar il-protezzjoni tan-natura18 ta' Mejju 2022Pjan REPowerEU: enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli għall-Ewropa22 ta' April 2022Il-Kummissjoni Ewropea tingħaqad mal-Patt Klimatiku Ewropew u twiegħed li tagħmel l-operazzjonijiet tagħha newtrali għall-klima sal-20305 ta' April 2022Proposti għat-tnaqqis gradwali tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu5 ta' April 2022Proposti biex nimmodernizzaw ir-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali biex nidderieġu l-industrija kbira fi tranżizzjoni ekoloġika fuq terminu twil30 ta' Marzu 2022Proposti biex il-prodotti sostenibbli jsiru n-norma fl-UE, tingħata spinta lill-mudelli ta’ negozju ċirkolari u tingħata s-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika23 ta' Marzu 2022Għażliet biex innaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija għoljin b’xiri komuni tal-gass u b’obbligi minimi għall-ħżin tal-gass8 ta' Marzu 2022REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli15 ta' Diċembru 2021Proposta għal qafas ġdid tal-UE biex niddekarbonizzaw is-swieq tal-gass, nippromwovu l-idroġenu u nnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan15 ta' Diċembru 2021Proposti tal-Kummissjoni biex jitneħħa, jiġi riċiklat u jinħażen b’mod sostenibbli l-karbonju14 ta' Diċembru 2021Proposti ġodda għat-trasport li jimmiraw għal aktar effiċjenza u vjaġġar aktar sostenibbli17 ta' Novembru 2021Proposti biex titwaqqaf id-deforestazzjoni, tiġi innovata l-ġestjoni sostenibbli tal-iskart u l-ħamrija ssir b’saħħitha.15 ta' Settembru 2021Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: azzjonijiet u finanzjament ġodda14 ta’ Lulju 2021Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew17 ta’ Mejju 2021Ekonomija blu sostenibbli12 ta’ Mejju 2021Pjan ta’ Azzjoni ta’ tniġġis żero.25 ta’ Marzu 2021Pjan ta’ Azzjoni Organiku24 ta’ Frar 2021Strateġija tal-UE ġdida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima18 ta’ Jannar 2021Bauhaus Ewropea l-Ġdida10 ta’ Diċembru 2020Alleanza Ewropea tal-Batteriji9 ta’ Diċembru 2020Patt Klimatiku Ewropew19 ta’ Novembru 2020Enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta14 ta’ Ottubru 2020 Mewġa ta’ rinnovazzjoniStrateġija dwar il-MetanStrateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà17 ta’ Settembru 2020Preżentazzjoni tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-20308 ta' Lulju 2020Adozzjoni tal-istrateġiji tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tal-idroġenu biex titwitta t-triq lejn settur tal-enerġija kompletament dekarbonizzat, aktar effiċjenti u interkonness20 ta’ Mejju 2020Preżentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2030 biex tipproteġi r-riżorsi naturali fraġli fil-pjaneta tagħnaPreżentazzjoni tal-“Istrateġija mill-għalqa sal-platt”, biex is-sistemi alimentari tagħna jsiru aktar sostenibbli11 ta’ Marzu 2020Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li jiffoka fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi10 ta’ Marzu 2020Adozzjoni tal-Istrateġija Industrijali Ewropea, pjan għal ekonomija lesta għall-futur4 ta’ Marzu 2020Proposta għal liġi Ewropea dwar il-klima biex tiġi żgurata Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050Konsultazzjoni pubblika (miftuħa sas-17 ta’ Ġunju 2020) dwar il-Patt Klimatiku Ewropew li tlaqqa’ flimkien ir-reġjuni, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-iskejjel14 ta’ Jannar 2020Preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew utal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni ĠustaUri 105 aktar oġġetti11 ta’ Diċembru 2019Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew Aħbarijiet ewlenin Zero Pollution PackageZero Pollution PackageThe 3 Billion Trees PledgeThe 3 Billion Trees PledgeAgħlaq L-aktar reċenti 21 Novembru 2024Speech by Executive Vice-President Šefčovič at the signing of the Cooperation Agreement for the establishment of the Decarbonization Fund for the Greek Islands8 Novembru 2024EU to support continued global climate action and push for ambitious finance and investment goals at COP2931 Ottubru 2024Questions and Answers on 2025 Fishing Opportunities in the Atlantic, Kattegat and Skagerrak31 Ottubru 2024Commission proposes fishing opportunities for 2025 in the Atlantic, Kattegat and SkagerrakAra kollox Segwi l-aħħar progress u involvi ruħek#EUGreenDealNetwerks soċjali oħrajn Dokumenti Skeda informattiva14 Lulju 2021Inwettqu l-Patt Ekoloġiku EwropewSkedi informattivi - Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew Skeda informattiva11 Diċembru 2019Skedi informattivi dwar il-Patt Ekoloġiku EwropewRepożitorju ċar u komplut tal-oqsma tematiċi li qed isawru l-Patt Ekoloġiku Ewropew 15 JANNAR 2020Komunikazzjoni u pjan direzzjonali dwar il-Patt Ekoloġiku EwropewLingwi oħrajn (22)български(353.76 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(276.21 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(268.54 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(266.54 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(278.34 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(261.3 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(361.69 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(265.84 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(285.37 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(259.97 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(272.89 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(268.42 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(267.41 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(286.21 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(271.83 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(277.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(274.36 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(280.86 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(271.03 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(260.56 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(269.03 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(263.44 KB - HTML)Iddawnlowdja Links relatati Patt Klimatiku Ewropew
It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma theddida eżistenzjali għall-Ewropa u d-dinja. Biex jegħleb dawn l-isfidi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew se jittrasforma lill-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, biex jiġi żgurat li:ma jkun hemm ebda emissjoni netta ta’ gassijiet b’effett serra sal-2050it-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsiebda persuna u ebda post ma jitħallew barraIl-Patt Ekoloġiku Ewropew hu wkoll vitali biex noħorġu mill-pandemija tal-COVID-19. Terz mill-investimenti ta’ €1.8 triljun mill-Pjan ta’ Rkupru tan-NextGenerationEU, u l-baġit ta’ seba’ snin tal-UE se jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Ir-rapport tal-2024 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jsib li l-UE qed tagħmel progress fl-iżgurar ta’ enerġija affordabbli għal kulħadd11 ta’ Settembru 2024 - Ir-rapport tal-2024 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jsib li l-UE rreżistiet riskji kritiċi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħha, reġgħet kisbet il-kontroll fuq is-suq u l-prezzijiet tal-enerġija, u aċċellerat it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Ir-rapport annwali jqis il-progress tal-UE fl-2023-24 lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, il-pjan REPowerEU biex jitnaqqsu d-dipendenzi fuq il-fjuwils fossili tar-Russja, u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Skont ir-rapport, l-UE stabbiliet b’suċċess il-qafas regolatorju u ta’ finanzjament meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u tistabbilixxi l-pedamenti għal tkabbir ekonomiku u kompetittività mġedda. Filwaqt li ġie rrappurtat progress sinifikanti fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, ir-rapport isib li hemm oqsma fejn huwa meħtieġ titjib, bħat-tisħiħ tal-isforzi tal-UE għall-effiċjenza enerġetika. Aqra aktar
Bauhaus Ewropea l-ĠdidaInizjattiva kreattiva u interdixxiplinari li tgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazji tal-għajxien u l-esperjenzi tagħna
21 Novembru 2024Speech by Executive Vice-President Šefčovič at the signing of the Cooperation Agreement for the establishment of the Decarbonization Fund for the Greek Islands
8 Novembru 2024EU to support continued global climate action and push for ambitious finance and investment goals at COP29
31 Ottubru 2024Questions and Answers on 2025 Fishing Opportunities in the Atlantic, Kattegat and Skagerrak
31 Ottubru 2024Commission proposes fishing opportunities for 2025 in the Atlantic, Kattegat and Skagerrak
Skeda informattiva14 Lulju 2021Inwettqu l-Patt Ekoloġiku EwropewSkedi informattivi - Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew
Skeda informattiva11 Diċembru 2019Skedi informattivi dwar il-Patt Ekoloġiku EwropewRepożitorju ċar u komplut tal-oqsma tematiċi li qed isawru l-Patt Ekoloġiku Ewropew