Il-konsumaturi fl-UE kollha issa se jkun jista’ jkollhom prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli u inqas dipendenza fuq il-prezz tal-fjuwils fossili, bis-saħħa ta’ riformi kbar tas-swieq tal-elettriku u tal-gass tal-UE. Fl-istess ħin, l-UE se tagħti spinta lill-iżvilupp tal-idroġenu u ta’ gassijiet dekarbonizzati oħra. Dawn ir-riformi se jgħinu biex niżguraw it-tranżizzjoni tagħna lejn enerġija nadifa filwaqt li ntejbu wkoll is-sigurtà tal-provvista u l-protezzjoni tal-konsumatur. Bir-riformi tas-suq tal-elettriku, il-konsumaturi issa se jkollhom: għażla usa’ ta’ kuntratti u informazzjoni aktar ċara qabel l-iffirmar tal-kuntratti għażla biex jiġu llokkjati prezzijiet siguri u fit-tul kuntratti ta’ pprezzar dinamiku, jekk meħtieġ, biex jittieħed vantaġġ mill-varjabbiltà tal-prezzijiet biex jintuża l-elettriku meta jkun irħas protezzjoni minn nuqqas ta’ elettriku permezz tal-istabbiliment ta’ fornituri tal-aħħar istanza protezzjoni mill-qtugħ tal-elettriku għal dawk li huma vulnerabbli jew foqra fl-enerġija aktar opportunitajiet għall-kondiviżjoni tal-enerġija, pereżempju, l-inkwilini se jkunu jistgħu jaqsmu l-enerġija solari żejda fuq il-bjut ma’ ġar In-negozji Ewropej se jkollhom ukoll aċċess għal spejjeż tal-enerġija aktar prevedibbli, li jgħinuhom jibqgħu aktar kompetittivi. Kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll il-kumpaniji se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kostijiet aktar baxxi tal-enerġija rinnovabbli u l-pajjiżi tal-UE se jkunu jistgħu jestendu l-prezzijiet bl-imnut regolati għat-tnejn li huma f’każ ta’ kriżi. Il-qafas il-ġdid għas-suq tal-gass se jwassal għall-ħolqien ta’ suq għall-idroġenu, li se jkun kruċjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-industriji tqal u mit-trasport. Għall-konsumaturi, ir-riformi se jfissru li jistgħu ibiddlu l-fornituri tal-gass b’mod aktar faċli, jużaw għodod effettivi għat-tqabbil tal-prezzijiet, u jiksbu informazzjoni preċiża, ġusta u trasparenti dwar il-kontijiet. Il-qafas aġġornat jagħti wkoll lill-pajjiżi tal-UE l-possibbiltà li jwaqqfu jew jillimitaw l-importazzjonijiet kemm tal-gass mill-pajpijiet kif ukoll tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) mir-Russja u l-Belarussja. Għal aktar informazzjoni Il-Patt Ekoloġiku Ewropew: Strateġija għat-tkabbir li tipproteġi l-klima (storja viżiva)Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew Lesti għall-Mira ta’ 55%: inwettqu l-proposti Stqarrija għall-istampa: Il-konsumaturi u l-industrija Ewropej jibbenefikaw minn provvisti tal-enerġija nodfa, siguri u stabbli b’riformi ewlenin tas-suq li issa ġew adottati Dettalji Data tal-pubblikazzjoni21 Mejju 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni