Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna L-istabbiliment tal-prijoritajiet fit-tfassil tal-liġiKull ħarifa, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ politika tagħha għas-sena ta’ wara fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni. Fuq din il-bażi hi taqbel mal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi fil-quċċata li huma inklużi f’dikjarazzjoni konġunta annwali.Il-programm ta’ ħidma tal-KummissjoniDikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019Dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijietL-ippjanar u l-proposti tal-liġiBħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, l-individwi, in-negozji u l-gruppi tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jsegwu l-inizjattivi tal-Kummissjoni fl-istadji kollha tal-proċess.Segwi l-inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni EwropeaPjanijiet direzzjonali u valutazzjonijiet tal-impatt ippubblikati reċentement li jiddeskrivu inizjattivi jew evalwazzjonijiet ġoddaBażi tad-data tar-rapporti tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-opinjonijiet tal-bord tal-iskrutinju regolatorjuBażi tad-data tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni EwropeaL-adozzjoni tal-liġiIl-partijiet interessati jistgħu jsegwu l-progress tal-inizjattivi tal-Kummissjoni kemm permezz tal-proċessi leġiżlattivi tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali. Dan jibda mit-tnedija inizjali tagħhom san-negozjati fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill u jispiċċa bl-adozzjoni finali u l-inklużjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali.Emendi mhux essenzjali għall-inizjattivi tal-UE li m’għandhomx il-ħtieġa li jgħaddu mill-proċess sħiħ tat-tfassil tal-liġi, li jissejħu atti delegati u ta' implimentazzjoni, ukoll jistgħu jiġu segwiti fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom.Proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal liġijiet ġodda u l-valutazzjonijiet ta’ impatt tagħhomSegwi ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ liġi ġdida propostaBażi tad-data tal-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali u t-tweġibiet tal-Kummissjoni EwropeaIr-Reġistru interistituzzjonali tal-atti delegatiIr-reġistru tal-komitoloġija għall-atti ta' implimentazzjoniL-applikazzjoni tal-liġi tal-UEHu possibbli wkoll li ssib liema miżuri jieħdu l-pajjiżi biex jinkorporaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ssegwi l-proċeduri ta' ksur meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-pajjiżi tal-UE.Miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoniBażi tad-data tad-deċiżjonijiet ta’ ksurL-evalwazzjoni u t-titjib ta’ liġijiet eżistentiIl-Kummissjoni Ewropea tevalwa kontinwament jekk il-liġijiet tal-UE humiex jilħqu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozju bl-inqas spejjeż possibbli. L-evalwazzjonijiet, il-kontrolli tal-idoneità, u l-programm REFIT iwasslu biex il-liġijiet tal-UE eżistenti jkunu aktar sempliċi u inqas ta’ piż biex jiġu applikati.Hemm ukoll il-pjattaforma REFIT li tgħin tiffaċilita dan u li tiġbor flimkien esperti anzjani min-negozju, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi tal-UE biex jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar kif il-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ ssir aktar effiċjenti u effettiva filwaqt li jitnaqqas il-piż u jiġu appoġġjati l-objettivi ta’ politika.Is-simplifikar tal-liġijiet tal-UE permezz tal-Pjattaforma REFITEvalwazzjonijiet u studji ppjanati - mill-2015 ’il quddiemIr-riżultati tal-evalwazzjonijiet fid-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni EwropeaIr-rapporti mill-konsulenti esterni Links relatati Il-proċess tat-tfassil tal-liġijietL-aġenda għal regolamentazzjoni aħjarIl-programm ta’ ħidma tal-KummissjoniSemma’ leħnek dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni