This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0061
2011/61/EU: Commission Decision of 31 January 2011 pursuant to Directive 95/46/EC of the European Parliament and of the Council on the adequate protection of personal data by the State of Israel with regard to automated processing of personal data (notified under document C(2011) 332) Text with EEA relevance
2011/61/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Jannar 2011 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 332) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/61/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Jannar 2011 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 332) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 27, 1.2.2011, pp. 39–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
17/12/2016
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/61(1)/oj
|
1.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Jannar 2011
skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 332)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/61/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 25 (6) tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri huma mitlubin jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni u jekk ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħrajn tad-Direttiva qabel ma jsir it-trasferiment. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-każ, tista’ tiġi trasferita dejta personali mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtiġin garanziji addizzjonali. |
|
(3) |
Skont id-Direttiva 95/46/KE l-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25 tagħha. |
|
(4) |
Minħabba d-diversi metodi li pajjiżi terzi jużaw fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta, l-evalwazzjoni tal-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata, b’mod li ma tinħoloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali preżenti tal-Unjoni. |
|
(5) |
Is-sistema legali tal-Istat tal-Iżrael m’għandhiex kostituzzjoni miktuba iżda ngħata stejtus kostituzzjonali lil ċerti “Liġijiet Bażiċi” mill-Qorti Suprema tal-Istat tal-Iżrael. Dawk il-“Liġijiet Bażiċi” huma kkumplimentati minn kwantità vasta ta’ każistika, minħabba li s-sistema legali Iżraeljana timxi ħafna skont il-prinċipji tal-liġi komuni. Il-jedd għall-privatezza huwa inkluż fil-“Liġi Bażika: Id-Dinjità tal-Bniedem u l-Libertà” taħt it-taqsima 7. |
|
(6) |
L-istandards legali għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istat tal-Iżrael huma fil-biċċa l-kbira tagħhom imsejsin fuq l-istandards imniżżlin fid-Direttiva 95/46/KE u preskritti fl-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza, li ġie emendat l-aħħar fl-2007 sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda għall-ipproċessar tad-dejta personali u l-organizzazzjoni ddettaljata tal-awtorità ta’ sorveljanza. |
|
(7) |
Dik il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta hija kkumplimentata wkoll b’deċiżjonijiet governattivi dwar it-twettiq tal-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-awtorità ta’ sorveljanza, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma msejsin fuq rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-Rapport lill-Ministeru tal-Ġustizzja mill-Kumitat għall-Eżami tal-leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam mal-Bażijiet tad-Dejta (ir-Rapport Schoffman). |
|
(8) |
Hemm ukoll dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta f’numru ta’ strumenti legali li jirregolaw setturi differenti, bħal leġiżlazzjoni fis-settur finanzjarju, regolamenti tas-saħħa u reġistri pubbliċi. |
|
(9) |
L-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat tal-Iżrael ikopru l-prinċipji bażiċi meħtiġin għal livell adegwat ta’ protezzjoni għall-persuni fiżiċi b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali li tinsab f’bażijiet awtomatizzati tad-dejta. Il-Kapitolu 2 tal-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza, li jippreskrivi l-prinċipji għall-ipproċessar tad-dejta personali, ma japplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali f’bażijiet mhux awtomatizzati tad-dejta (bażijiet manwali tad-dejta). |
|
(10) |
L-applikazzjoni tal-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta hija ggarantita permezz ta’ rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u ta’ superviżjoni indipendenti mwettqa mill-awtorita ta’ sorveljanza, l-Awtorità Iżraeljana dwar il-Liġi, it-Tagħrif u t-Teknoloġija (l-ILITA), li hija mogħnija bis-setgħat li tinvestiga u tintervjeni, u li taġixxi b’mod għal kollox indipendenti. |
|
(11) |
L-awtoritajiet Iżraeljani tal-protezzjoni tad-dejta pprovdew spjegazzjonijiet u garanziji dwar kif għandha tiġi interpretata l-liġi Iżraeljana, u taw garanziji li l-leġiżlazzjoni tal-Iżrael dwar il-protezzjoni tad-dejta hija implimentata f’konformità ma’ tali interpretazzjoni. Din id-Deċiżjoni tieħu inkonsiderazzjoni dawn l-ispjegazzjonijiet u garanziji, u hija għalhekk kondizzjonali fuqhom. |
|
(12) |
L-Istat tal-Iżrael għandu għalhekk jitqies bħala li jipprovdi livell biżżejjed ta’ protezzjoni għad-dejta personali kif imsemmi fid-Direttiva 95/46/KE fir-rigward tat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati tad-dejta personali mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istat tal-Iżrael jew, fejn dawk it-trasferimenti ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Iżrael. Għall-kuntrarju, it-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali mill-UE lejn l-Istat tal-Iżrael fejn it-trasferiment innifsu kif ukoll l-ipproċessar sussegwenti tad-dejta jsir esklussivament permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati m’għandhomx ikunu koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsal-abilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn tista’ tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ flussi speċifiċi ta’ dejta, minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata. |
|
(14) |
Is-sejbiet dwar l-adegwatezza li għandhom x’jaqsmu ma’ din id-Deċiżjoni jirreferu għall-Istat tal-Iżrael, kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali. Trasferimenti oħrajn ‘il quddiem lil riċevitur barra mill-Istat tal-Iżrael, kif definit skont il-liġi internazzjonali, għandhom jitqiesu bħala trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz. |
|
(15) |
Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, ta opinjoni favorevoli dwar il-livell tal-adegwatezza fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali b’rabta mat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati ta’ dejta personali mill-Unjoni Ewropea jew, fejn ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Istat tal-Iżrael. Fl-opinjoni favorevoli tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma ħeġġeġ lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jadottaw aktar dispożizzjonijiet li jestendu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Iżraeljana għall-bażijiet manwali tad-dejta, li jirrikonoxxu b’mod espliċitu l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għall-ipproċessar tad-dejta personali fis-settur privat u li jinterpretaw l-eżenzjonijiet fit-trasferimenti internazzjonali tad-dejta skont il-kriterji mniżżlin fid-“Dokument ta’ ħidma dwar interpretazzjoni komuni tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE” tiegħu (2). Din l-opinjoni kienet ġiet meqjusa fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni (3). |
|
(16) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istat tal-Iżrael huwa meqjus bħala li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea b’rabta mat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati ta’ dejta personali mill-Unjoni Ewropea jew, fejn ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Istat tal-Iżrael.
2. L-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti tal-Istat tal-Iżrael għall-applikazzjoni tal-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta hija l-“Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija (Israeli Law, Information and Technology Authority, ILITA)”, li ssir referenza għaliha fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta fl-Istat tal-Iżrael, kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali, bil-ħsieb li tissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjoniet oħra ta’ dik id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Istati Membri.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’mod konformi mal-liġi internazzjonali. Hija mingħajr ħsara għall-istejtus tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-istrixxa ta’ Gaża u tax-Xatt tal-Punent, inkluża Ġersusalemm tal-Lvant, skont it-termini tal-liġi internazzjonali.
Artikolu 3
1. Mingħajr ħsara għas-setgħat tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dispożizzjonijiet oħrajn oltre l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom li jissospendu l-flussi ta’ dejta lil riċevitur fl-Istat tal-Iżrael sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-każijiet segwenti:
|
(a) |
Fejn awtorità Iżraeljana kompetenti tkun ikkonkludiet li riċevitur ikun jikser l-istandards applikabbli ta’ protezzjoni; jew |
|
(b) |
fejn ikun hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni jkunu qed jinkisru, ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen illi l-awtorità Iżraeljana kompetenti ma tkunx qed tieħu jew ma tkunx se tieħu passi adegwati u fil-ħin sabiex jissolva l-każ inkwistjoni, it-tkomplija tat-trasferiment tkun toħloq riskju imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti tad-dejta u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jkunu għamlu sforzi raġonevoli fiċ-ċirkustanzi biex jipprovdu lill-parti responsabbli mill-ipproċessar stabbilita fl-Istat tal-Iżrael b’avviż u bl-opportunità li twieġeb. |
2. Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jiġu adottati miżuri bbażati fuq l-Artikolu 3.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ protezzjoni tal-Istat tal-Iżrael tonqos milli tiżgura din il-konformità.
3. Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi xhieda li kwalunkwe korp responsabbli li jiżgura konformità mal-istandards tal-protezzjoni fl-Istat tal-Iżrael ma jkunx qed jagħmel xogħlu effettivament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità Iżraeljana kompetenti u, jekk ikun neċessarju, tippreżenta abbozz ta’ miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bil-għan li tiġi revokata jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew li tiġi limitata fil-portata tagħha.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe sejbiet pertinenti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni fl-Istat tal-Iżrael hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, u kwalunkwe evidenza li din id-Deċiżjoni tkun qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju. B’mod partikulari, għandha tissorvelja l-ipproċessar tad-dejta personali li tinsab f’bażijiet manwali tad-dejta.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiġin sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi-President
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(2) Dokument WP114 tal-25 ta’ Novembru 2005. Disponibbli f’ http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2005/wp114_en.pdf
(3) Opinjoni 6/2009 dwar il-livell ta’ protezzjoni ta’ dejta personali fl-Iżrael. Available at http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2009/wp165_en.pdf
ANNESS
Awtorità kompetenti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1 (2) ta’ din id-Deċiżjoni:
|
L-Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija |
|
Il-Kampus tal-Gvern |
|
Id-9 sular |
|
125 Triq Begin |
|
Tel Aviv |
|
L-Iżrael |
Indirizz postali:
|
Kaxxa Postali 7360 |
|
Tel. Aviv, 61072 |
|
Tel. + 972-3-7634050 |
|
Faks: + 972-2-6467064 |
|
L-indirizz tal-posta elettronika: ILITA@justice.gov.il |
|
Sit fuq l-Internet: http://www.justice.gov.il/MOJEng/RashutTech/default.htm |